Politika
“Ilni sentejn inżomm ġo fija…nistenna l-ħin u l-mument opportun…”

Fl-ewwel reazzjoni wara dan l-iżvilupp, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li sa issa m’għandu l-ebda tagħrif jew indikazzjoni li hemm politiċi involuti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dr Muscat qal li l-iżviluppi tal-aħħar sigħat jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern u tiegħu personali li toħroġ il-verità.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li t-Tlieta filgħaxija ta struzzjonijiet lill-awtoritaijiet biex isaħħu r-riżorsi biex jassiguraw li persuni ta’ interess fl-investigazzjonijiet li għaddejjin dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ma jaħarbux minn Malta.

F’kummenti lill-ġurnalisti barra lukanda f’San Ġiljan fejn indirizza konferenza dwar it-tfal, Dr Muscat qal li waqt li ma jridx jispekula u jrid joqgħod attent kif jitkellem biex ma jippreġudikax il-proċess, l-iżvilupp relatat ma’ Yorgen Fenech jikkonferma ħaġa waħda.

“Li l-istituzzjonijiet ġewwa pajjiżna jaħdmu u ma jħarsu lejn wiċċ ħadd”

Waqt li reġa’ appella lill-media għall-prudenza u l-kawtela, Dr Muscat qal li hu għandu ħafna xi jgħid iżda minħabba l-proċeduri li għaddejjin u l-possibiltà ta’ rakkomandazzjoni lill-President għall-maħfra presidenzjali lil raġel li qed jallega li kien intermedjarju fil-qtil, se jistenna biex jagħmel dan fil-ħin opportun.

“Jien ilni sentejn inżomm ġo fija biex ma ngħidx ċertu affarijiet u nistenna l-ħin u l-mument fil-ħin opportun li ngħidhom dawk l-affarijiet ħalli nneħħi ż-żrar kollu li għandi fiż-żarbun biex inkun nista’ dak li naħseb u l-mistoqsijiet li rrid biex inwieġeb.”

Mistoqsi jekk talabx liċ-Chief of Staff tiegħu, Keith Schembri, jew lill-Ministru Konrad Mizzi jirriżenjaw, il-Prim Ministru qal li bit-tagħrif li għandu sa issa ma jirriżultawx li kellhom sehem fid-delitt.

“Il-kwistjoni kollha hi, nerġa’ ngħid li rrid nistenna l-proċess, kif diġà l-proċess għaddej jien ċert li jkun hemm il-konklużjonijiet li hemm bżonn ikun hemm. Jekk qed timplika jekk Keith Schembri u Konrad Mizzi għandhomx x’jaqsmu mad-delitt l-informazzjoni li għandi jien sal-lum il-ġurnata hi li m’għandhomx x’jaqsmu”

Il-Prim Ministru tenna li f’dan il-mument id-deċiżjonijiet qed joħodhom waħdu u kuntrarju għal delitti promineti bħal ta’ Karen Grech u Raymond Caruana, li qal dwarhom ħadd m’għamel xejn. Qal li jinsab ħerqan li dan il-każ, li ddeskriva l-akbar wieħed fl-istorja ta’ Malta, jiġi solvut.

Isma’ l-intervista kollha:

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: In-negozjant Yorgen Fenech ġie arrestat

 

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għandu 67 sena, u flimkien ma’ missieru sa minn ċkunitu trabba b’passjoni kbira għal trakkijiet militari Amerikani u Ingliżi, u inġenji oħra fosthom magni tal-ajruplani. Michael Cachia jqatta’ ħinu jibni…

COVID-19

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qalet li l-aġenti u l-operaturi tal-ivvjaġar qegħdin jiffaċjaw diffikultatjiet biex joħorġu r-rifużjonijiet minħabba li l-kumpaniji turistiċi mhumiex qegħdin jibagħtulhom l-flus lura tal-vjaġġi u pakketti tal-ivjaġġar…

Immigrazzjoni

Għaxar t’ijiem wara s-sejħa tal-espressjoni għal bastiment biex fuqhom ikunu iżolati immigranti irregolari, Television Malta jinsab infurmat li l-Gvern irċieva mal-15 il-offerta. Is-sejħa ngħalqet f’nofsinhar tat-Tnejn li għadda u issa…

COVID-19

Bl-għan li jkun ta’ spalla għal negozji fid-dawl tar-realtajiet ekonomiċi tal-pandemija l-Bank Malti ta’ Żvilupp introduċa inizjattiva biex negozji żgħar li jitolbu self lill-banek ma jkollhomx bżonn jipprovdu garanziji personali…

Aktar