Saħħa
ISMA’: X’qal l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Italja dwar il-coronavirus?

L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Italja, Joseph Cuschieri qal lil TVM li fl-Italja, is-sitwazzjoni hija waħda delikata. Hemm 6 reġjuni affettwati, bl-akbar preokkupazzjoni fir-Reġjun tal-Lombardija fejn 10 lokalitajiet ġew iżolati.

Bħala prekawzjonijiet, qal li qed jittieħdu dawk kollha meħtieġa fil-postijiet pubbliċi u fuq it-trasport pubbliku.

Kompla jgħid li ġew imħabbra miżuri ta’ prekawzjoni bil-gvern Taljan jibqa’ jaħdem fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu anke fil-futur.

Il-preokkupazzjoni hi li l-każijiet qed jiżdiedu u għalhekk il-miżuri qed jittieħdu biex is-sitwazzjoni tibqa’ taħt kontroll.

L-Ambaxxatur Cuschieri qal li dawk il-Maltin li beħsiebhom isiefru lejn l-Italja joqgħodu attenti u jekk ikollhom bżonn xi għajnuna jikkuntattjaw l-Ambaxxata ta’ Malta għall-Italja.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar