Kronaka
Isofri ġrieħi gravi wara inċident bejn mutur u karozza fl-Imġarr

Sewwieq ta’ mutur ta’ 27 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident stradali bejn mutur u karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:30am fi Triq San Martin, l-Imġarr. L-impatt seħħ bejn mutur tat-tip Honda misjuq mill-ġuvni ta’ 27 sena minn Marsaskala u vettura tat-tip Volkswagen Bora misjuqa minn raġel Tuneżin ta’ 58 sena residenti l-Mellieħa.

Il-ġuvni ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għdhom għaddejjin.