AĠĠORNAT: Issostni li emmnet lit-tifla u għadha temminha sal-lum

Fil-Qorti, l-ispettur Louise Calleja xehdet li emmnet il-verżjoni oriġinali tat-tifla u għada temminha għax fi kliemha kienet konsistenti u kredibbli. Dan ħareġ mill-kontro eżami tal-avukat Tonio Azzopardi, hekk kif fil-Qorti kompliet tinstema l-kawża kostituzzjonali li fiha Emanuel Camilleri, il-missier li nħeles mill-ħabs qed ifittex lill-Ispettur Louise Calleja u lill-Pulizija, għax qed isostni li ma ngħatax smiegħ xieraq fil-każ li fih kien instab ħati li abbuża minn bintu.

Fil-bidu tas-seduta, l-Imħallef JR Micallef qal li l-25 rapport fosthom dwar traskuraġni ta’ tfal min-naħa tal-omm, li l-avukat Tonio Azzopardi ressaq fl-aħħar seduta, m’humiex relevanti għall-każ.

Waqt li kompla bil-kontro eżami, l-Avukat Tonio Azzopardi rrefera għal rapport li kienet ħejjiet l-avukat Stephanie Galea wara li kienet tkellmet mat-tifla fejn irtirat l-akkużi kollha fuq missierha. Dr Tonio Azzopardi li qed jidher għal Emanuel Camilleri, qal li minn dan ir-rapport joħroġ li t-tifla ta’ Camilleri kienet qalet li ħadet l-idea li tgħid dwar l-abbuż ta’ missierha minn ktieb li kienet qrat u li ma kienetx taf x’konsegwenzi kien se jkollu dak li kienet qed tgħid.

Fir-ri-eżami, tal-avukat Arthur Azzopardi, l-ispettur Calleja qalet li meta bint Camilleri itgħellet tixhed dwar dak li kienet qalet lill-avukat Galea, fil-Qorti xehdet li kienet irtirat l-akkużi kontra missierha għax kienet imwegħda mobile mill-familja ta’ missierha. Żiedet li bint Camilleri kienet qalet li kienu n-nanniet min-naħa tal-missier li kienu ħaduha għand Dr Galea biex tgħid li gidbed fuq missierha.

Quddiem l-imħallef Micallef, l-ispettur Calleja xehdet li emmnet u għada temmen il-verżjoni oriġinali tat-tifla, għax fi kliemha tħoss u hi konvintha li l-verżjoni oriġinali tat-tifla għax kienet konsistenti u kredibli. Żiedet li l-akkużi fil-konfront tar-raġel inħarġu fuq dak li rriżulta mill-investigazzjoni. Mistoqsija mill-avukat Tonio Azzopardi kif għadha temmen hekk jekk jirriżulta li t-tifla għadha verġni, Calleja li għandha esperjenza f’diversi każijiet dwar abbużi, qalet li abbuż sesswali ma jfissirx li hu stupru biss.

Fil-Qorti, it-tifla, Leanne Camilleri kienet xehdet tliet darbiet.

Waqt il-konto-eżami, l-avukat Tonio Azzopardi staqsa lil Louise Calleja, x’ipprovat tikkometti, Leanne Camilleri fl-iskola. Ix-xhud qalet li minn xhieda tal-kap tal-iskola kienet qal li kien hemm xi problemi. Hawnhekk, l-avukat Azzopardi qal li kien qed jirreferi għal meta t-tifla kienet spiċċat fil-Young Persons Unit u f’Dar Fejda li tilqa’ tfajliet bi problemi ta’ imġieba. L-ispettur xehdet li meta saret taf dwar dan tkellmet mas-social workers u dawk li kienu jieħdu ħsieb lit-tifla.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar