Kultura
Issa tista’ tgawdi x-xena tal-Port il-Kbir mill-bejt ta’ Dar il-Mediterran

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett li sar b’investiment ta’ €2.5 miljun.

Il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fih elf u mitt metru kwadru u jagħti għal fuq waħda mill-isbaħ xeni fil-gżejjer Maltin: il-Port il-kbir. It-tisbiħ tal-bejt li sewa maż-żewġ miljuni u ħames mitt elf ewro, hu parti minn proġett usa li jinkludi mużew virtwali li ġie mniedi ftit tal-ġimgħat ilu, l-istallazzjoni tal-arja kkundizzjonata u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-konferenzi fil-binja ta’ Dar il-Mediterran.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Dar il-Mediterran, Pierre Fenech, qal li dan huwa proġett importanti għall-industrija tat-turiżmu, b’mod partikolari fejn jidħol is-settur tal-avvenimenti u tal-konferenzi.

“Ħa nkunu qed noffru prodott uniku, fejn għandek post fejn tagħmel avveniment fuq barra, kif ukoll għandek ‘back up’ illi huwa tal-istess daqs fuq ġewwa,” qal Pierre Fenech, Kap Eżekuttiv ta’ Dar il-Mediterran.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li l-għan ta’ dan il-proġett li aktar min-nofsu tħallas minn fondi Ewropej, hu biex jiġi ppreservat il-wirt storiku ta’ pajjiżna u jissaħħaħ il-prodott turistiku Malti. “F’pajjiżna mhux biss inkomplu nħarsu l-wirt nazzjonali ta’ pajjiżna iżda wkoll inkomplu nżidu l-faċilitajiet turistiċi ta’ pajjiżna.”

Fl-inawgurazzjoni tal-proġett, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, qalet li l-għan tiegħu hu li jtejjeb il-prodott turistiku u joffri pjattaofrma differenti ghall-konferenzi internazzjonali li jiġu Malta. “Li hemm sabiħ f’dan il-proġett huwa illi anke l-UNESCO ddeskriviet dan il-proġett bħala ‘best practice’, anke għall-mod ta’ kif ibbilanċjajna r-restawr li sar mal-kumplament tal-immodernizzar li sar fih.”

Is-sena l-oħra, madwar 167,000 viżitatur żaru Dar il-Mediterran; 15,000 minnhom kienu għall-konferenzi.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar