Barranin
Issalva minkejja li waqa’ trakk fuq il-karozza tagħha

Mara ta’ 26 sena rnexxielha s-salva, minkejja li bi ġrieħi serji, wara li trakk waqa’ fuq il-karozza tagħha f’Port Elizabeth, fis-South Africa.

Jidher li r-raġel li kien qed isuq it-trakk, ipparkja biex jinżel jiġbor lit-tfal mill-iskola, bit-trakk jimxi waħdu, jaqa’ minn fuq pont, u jinżel fuq il-karozza tal-mara.

Il-karozza tal-mara, tat-tip Opel Adam, prattikament tgħaffġet kollha kemm hi, tant li l-mara damet maqbuda fiha għal kważi 40 minuta.

Kienu s-servizzi tal-emerġenza li rnexxielhom joħorġuha.

Jidher li r-raġel qed jiġi akkużat b’sewqan negliġenti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, aċċettat li jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President Amerikan Donald Trump, li allegatament ser ikun akkużat b’abbuż ta’ poter. “The facts are uncontested….

Barranin

Baħri tan-Navy Amerikana spara u qatel żewġ ħaddiema, qabel dawwar il-pistola fuqu nnifsu u ħa ħajtu b’idu. Il-każ seħħ bil-bażi militari Amerikana f’Pearl Harbor f’Honolulu, fil-Hawaii, nhar l-Erbgħa li għadda….

Barranin

Franza llum tinsab wieqfa b’dak li huwa kkunsidrat bħala l-ikbar strajk ġenerali fi kważi 25 sena, u f’dan l-istadju mhux magħruf meta se jintemm. Miljuni ta’ ħaddiema huma mistennija jistrajkjaw…

Barranin

Mara ta’ 23 sena fl-Indja tinsab f’qagħda kritika, wara li ngħatat in-nar meta kienet fi triqtha għall-Qorti. It-tfajla kienet se tattendi seduta tal-Qorti f’Uttar Pradesh, li matulha żewġt irġiel qed…

Aktar