Annimali
Issibhom b’wiċċ il-ħniena mormija ġo skip

Żewġt ifrieħ ta’ qattus instabu mormija ġo skip, imxarrbin għasra u bil-ġuħ.

B’xorti tajba, mara li kienet fi triqitha lejn ix-xogħol, semgħet il-karba tal-qtates u marret tiġri lejn l-iskip u sabet xena ta’ qsim il-qalb.

Il-mara ċemplet lid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali fejn dawn marru fuq il-post minnufih u ħaduhom l-isptar tal-annimali biex jieħdu l-kura meħtieġa.

Il-frieħ jinsabu f’idejn l-esperti iżda x’ħin jiksbu lura saħħithom, se jmorru fis-santwarju tal-qtates CSAF jistennew sabiex isibu familja li lesta taddottahom u toffrilhom bidu ta’ ħajja aħjar milli kellhom.

Min jixtieq jadotta lil dawn il-frieħ, jista’ jikkuntattja lis-santwarju hawn jew jibgħatilhom email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Aktar