Lokali
Issir l-ewwel titjira bil-MelAir bejn Malta u l-Libja

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-linja tal-ajru MelAir illum għamlet l-ewwel titjira tagħha bejn Malta u l-Libja.

Din it-titjira ssegwi dak li tħabbar għaxart ijiem ilu waqt laqgħa bejn il-Prim Ministru Abela u l-Prim Ministru tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja Abdulhamid Dbeibah.

Dakinhar ġie ffirmat fethim biex jerġgħu jibdew it-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi u f’iktar minn ajruport wieħed tal-Libja.

Fi tweet, il-Prim Ministru qal li wara ż-żjara tal-Prim Ministru Libjan f’Malta qed naraw progress tanġibbli u li l-isforzi ta’ dawk involuti fosthom tal-awtoritajiet Libjani u Maltin qegħdin jagħtu r-riżultati.