Kronaka
Issofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Ħal Luqa

Mara ta’ 66 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Ħal Luqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 09:15am f’Triq Sant’Andrija kantuniera ma’ Triq San Ġorġ.

Il-mara, residenti f’Ħal Luqa ttieħdet l-isptar. Hija ntlaqtet minn vettura tat-tip KIA Sportage li kienet misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Imġarr.