It-78 immigrant li ma riedux jidħlu f’Malta se jittieħdu l-Italja

Wara diversi attentati mill-awtoritajiet Maltin biex jikkonvinċu l-immigranti jidħlu f’Malta u anke wara diskussjonijiet twal bejn Malta, l-Italja u l-kaptan tal-vapur li jinsabu abbord fuqu, kien deċiż li s-78 immigrant li baqgħu jirrifjutaw bis-saħħa li jitniżżlu f’Malta se jkunu qed jittieħdu l-Italja.

Fi stqarrija l-Forzi Armati Maltin qalu li ħadu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw is-saħħa tal-immigranti kollha waqt li s-suldati Maltin ipprovdewlhom pakketti bl-ikel waqt li kienu fuq id-dgħajsa. Il-FAM sostnew li jinsab kommessi li jipprovdu l-assistenza fiż-żona ta’ tiftix ta’ Malta waqt li qed tieħu rwol attiv fl-Operazzjoni tal-Frontex Triton.

Ilbieraħ filgħodu ħames immigranti li qalu li huma mis-Sudan iddaħħlu f’Xatt it-Tiben.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Sewwieq li qabeż central strip u baqa’ dieħel f’karozza b’mara u tarbija fiha kien immultat u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża. L-inċident kien seħħ f’April tas-sena l-oħra, meta Herbert Said ta’…

Politika

Il-Gvern Malti kkundanna ż-żieda fil-vjolenza li qed tkun irrappurtata madwar Gaza, b’mod partikolari fuq il-pubbliku. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-qraba tal-vittmi u solidarjetà…

Lokali

Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni tar-Reġistru Elettorali, il-Kummissjoni Elettorali qed tfakkar lil kull min jikkwalifika biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta’ Settembru 2018 għandu jiċċekja jekk ismu u l-partikolaritajiet…

Aktar