COVID-19
It-tabella ta’ kuljum dwar il-Covid se tinbidel – l-enfasi fuq il-pazjenti fl-isptar

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Covid se jinbidel bit-tabella li fiha  jkun hemm iċ-ċifri se tiffoka aktar fuq in-numru ta’ persuni fl-Isptar Mater Dei inkluż fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, l-ITU.

Permezz ta’ tweet huwa semma kif illum hemm 29 pazjent li qed jingħataw kura fl-isptar minħabba l-Covid bi 2 minnhom fl-ITU.

It-tabella se tibqa’ tinkludi informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet ġodda u dawk ta’ fejqan, kemm persuni mietu minħabba l-virus u l-ammont ta’ tilqim li ngħata.