Barranin
It-taħditiet bejn il-President Amerikan u Ċiniż mistennija jiddominaw is-summit tal-G20

It-taħditiet dwar il-kummerċ li se jsiru bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping mistennija jiddominaw is-summit tal-G20 f’Osaka l-Ġappun meta ż-żewġ mexxejja se jiltaqgħu fl-aħħar jum tas-summit li jibda l-Ġimgħa.

Minkejja li l-laqgħa hija antiċipata ferm, analisti qed ibassru li se jkun diffiċli biex jintlaħaq ftehim konkret biex itemm sena ta’ tensjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi li jħaddnu l-iżjed ekonomiji b’saħħithom fid-dinja.

Trump wissa’ li se jimplimenta tariffi fuq prodotti Ċiniżi li jintużaw mill-konsumaturi Amerikani bħall-prodotti elettroniċi li possibilment jammontaw għal 300 biljun dollaru. It-tensjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti kkawżaw tħassib fis-swieq finanzjarji internazzjonali u tensjoni dwar l-implikazzjonijiet għas-sistema tal-kummerċ internazzjonali minħabba li għadd ta’ ekonomiji ewlenin jiddependu fuq l-andament tal-kummerċ bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tabib Franċiż għadu jara l-pajzenti fil-klinika tiegħu minkejja li għandu 98 sena. Christian Chenay beda jaħdem bħala welder, qabel ma kkwalifika bħala tabib. Huwa ra l-ewwel pazjent tiegħu lura fl-1951,…

Barranin

Mara f’Ohio, fl-Istati Uniti, ċemplet in-numru tal-emerġenza 911 u talbet biex tordna pizza. L-uffiċjal li wieġeb it-telefonata qal lill-mara li kienet ċemplet numru ħażin, iżda meta l-mara baqgħet tinsisti, għokritu…

Barranin

Il-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu ġie akkużat mill-avukat ġenerali b’tixħim, frodi, u ksur ta’ fiduċja fi tliet każijiet separati. Netanyahu allegatament irċieva rigali minn negozjanti sinjuri, u li għamel pjaċiri…

Barranin

Għexieren ta’ persuni huwa maħsub li għerqu lbieraħ filgħaxija ’l barra mill-kosta Libjana. L-aħbar ingħatat mill-organizzazzjoni Alarm Phone, li qalet li l-informazzjoni waslet mingħand sajjieda li kienu f’din iż-żona. Qed…

Aktar