Lokali
It-taħriġ li qed jingħataw il-pulizija, is-suldati u l-pumpiera issa hu rikonoxxut f’livell MQF4

It-taħriġ fl-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati issa huwa akkreditat, u rikonoxxut minn istituzzjonijiet edukattivi barranin.

L-Akkademja twqqfet bil-liġi fl-2016 u hija responsabbli għal formazzjoni tal-membri tal-Armata, tal-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li ċ-ċertifikat li l-ħaddiema fil-korpi dixxiplinati jiksbu mill-Akkademja se jkollu valur anke wara li jtemmu 25 sena servizz u jagħżlu li jibqgħu jaħdmu wara li jirtiraw mix-xogħol.

It-taħriġ li s-suldati tal-Forzi Armati, l-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija, il-gwardjani tal-]abs u tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili jingħataw fl-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati f’Ta’ Kandja issa huwa akkreditat fil-livell 4 tal-qafas tal-kwalifiki fis-sistema edukattiva ta’ Malta.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, fisser dan bħala pass importanti għal-livell tat-taħriġ fl-Akkademja f’Ta’ Kandja. Qal li ċ-ċertifikat li l-ħaddiema fil-korpi dixxiplinati jiksbu mill-Akkademja se jkollu valur anke wara li jtemmu 25 sena servizz u jagħżlu li jkomplu l-ħajja tax-xogħol barra l-korp.

Il-Ministru Camilleri spjega kif dan jikkumplimenta l-investiment fil-Korpi Dixxiplinati li llum huwa sitt darbiet akbar meta mqabbel mal-2012.

“Għamilna investiment fejn jidħol l-investiment kapitali u anke r-riżorsi li jużaw il-ħaddiema, iżda għamilna wkoll  investiment li huwa fil-ħaddiema nfushom. Mhux biss fit-taħriġ li qed naraw illum imma anke billi ma’ kull ħaddiem poġġejna bilqiegħda tajniehom ftehim kollettiv li tfisser kundizzjonijiet aħjar, drittijiet aħjar u pagi aħjar. Hekk nemmnu li b’ħaddiem aktar kuntent, b’ħaddiem li tipprovdilu r-riżorsi u tagħtih aktar taħriġ jista’ jagħti servizz aħjar lill-komunita Maltija fejn jidħol is-sigurtà tagħha”, qal Camilleri.

Iċ-Chairman tal-Bord tal-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati, il-Professur Raymond Mangion, qal li dan hu mument importanti għall-Akkademja li fl-2016 ħadet id-dimensjoni kif nafuha llum permezz tal-Att dwar l-Akkademija għal Korpi Dixxiplinati.

“Illum suldat, illum pulizija, mhux ikun biss sempliċiment pulizija jew suldat imma jkollu anke knowledge fuq human rigħts, fuq Schengen. Aħna nagħtu korsijiet diversi fejn jidħol il-qafas leġiżlattiv u l-qafas statturorju kemm lokali domestiku u kemm reġjonali u internazzjonali”, qal il-Prof. Mangio.

Il-Professur Mangion, semma li qed isir revizjoni fil-liġi biex l-Akkademja tissaħħaħ u tkun iktar effiċjenti.