Politika
It-talba għal-maħfra ta’ Yorgen Fenech qasmet il-PN – Simon Mercieca

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta.

Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario Thomas Vassallo qal li l-pożizzjoni ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni m’għadiex tenibbli. “Nimmaġina li mhux l-MPs għandhom immorru għand il-President, imma l-President għandu jsejjaħ lill-MPs biex jagħżel lil xi ħadd minflok Delia biex imexxi l-Oppożizzjoni, mhux il-partit,” qal Dr Vassallo.

Mhux tal-istess fehma Dr Simon Mercieca, li jemmen li l-President għandu jagħmel l-ewwel pass la darba jirċievi bil-miktub mingħand id-deputati. “Aħna ma nafux x’ġara u kif ittieħed il-vot. Jekk il-President isejjaħ lid-depuati fuq dak biss li qed jisma’, ikun qed iwettaq żball politiku u istituzzjonali.

Iż-żewġ opinjonisti qablu li Dr Delia kiseb il-fiduċja mit-tesserati u għalhekk, skond l-istatut, għandu dritt jibqa’ fit-tmun tal-partit. Dr Mercieca iżda argumenta li vapur b’żewġ kaptani ma jimxix. Żied li jekk il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma jkunx ukoll Kap tal-Oppożizzjoni, li-partit jispiċċa f’sitwazzjoni bla preċedent.

‘Il-kap tal-partit se jkun relegat bĦal kwalunkwe kap ta’ partit ieħor, inkluż ta’ partit żgħir,” qal Dr Mercieca. “Is-saħħa ta’ ta’ kap ta’ partit kbir kien ġej mill-kariga istituzzjonali li qed ittih il-kostituzzjoni li hu kap tal-oppożizzjoni.”

Dr Vassallo qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab f’salib it-toroq, bl-akbar problema li kkawżat din il-kriżi ma kienx Yorgen Fenech, iżda huwa tal-fehma li kienet il-kwistjoni ideoloġika. “Il-PN sab ruħu f’salib it-toroq jekk jimxix skond il-prinċipji fundamentali tiegħu jew il-post modernisti li jridu jbiddlu d-direzzjoni.”

Dr Mercieca iżda semma żewġ fatturi ewlenin li waslu biex irriżultat din is-‘sitwazzjoni imwegħra’. “Numru ta’ deputati li jridu jżommu s-siġġu tagħhom fid-distrett u ħolqu havoc kbir fil-PN, u t-tieni kwistjoni li ma ħarġitx hi l-maħfra presidenzjali li qed tintalab għal Yorgen Fenech. Dan il-ġlied faqqa’ f’dan il-kuntest ta’ din il-maħfra. Hemm kap dgħajjef u ħarġet din il-kwistjoni u fuqha il-PN jidher li hu maqsum.”

Tibqa’ tberren il-mistoqsija jekk il-ħdax-il deputat li vvutaw għal Dr Delia hux ser ikunu leali iżjed lejh bħala kap tal-partit jew lejn il-kap ġdid tal-oppożizzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Lokali

Ġie inawgurat uffiċjalment il-proġett ta’ tour virtwali fil-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Dan il-proġett, mgħejjun mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, inħoloq matul il-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb li l-katidral xorta waħda jiftaħ il-bibieb…

Storja

Heritage Malta għadha kif fetħet tliet siti ta’ importanza storika li jinsabu f’qiegħ il-baħar biex issa l-aġenzija għandha 15-il sit marittimu b’importanza arkeoloġika. Is-siti huma B-24 bomber Liberator Amerikan li…

Aktar