Politika
It-Talibani jieħdu f’idejhom nofs l-Afghanistan

Nofs l-Afghanistan tinsab f’idejn it-Talibani hekk kif dawn komplew jieħdu aktar distretti lill-Gvern.

Dan l-iżvilupp qed iseħħ fl-isfond tal-irtirar tat-truppi Amerikani mill-pajjiż.

Il-militari Amerikan kien invada ‘l pajjiż u keċċa lit-Talibani mill-poter f’Novembru 2001.

L-Istati Uniti invadiet l-Afghanistan biex taqbad lill-mexxej tal-Al-Qaeda, Osama bin Laden.

Il-Gvern Amerikan nefaq il-biljun tad-dollari biex iħarreġ lis-suldati tal-Gvern Afghan.

Madankollu dan ma kienx biżżejjed biex l-awtoritajiet Afghani jżommu l-kontroll u aktar żoni tal-pajjiż qed jinħatfu mill-ġellieda Talibani.