Barranin
It-Talibani jwaqqfu lin-nisa milli jidhru fi drama fuq it-televixin

Regoli ġodda tat-Talibani jwaqqfu lill-atturi nisa milli jieħdu sehem fi drama fuq it-televiżjoni.

L-aħħar regoli ġodda jobbligaw ukoll lill-ġurnalisti u preżentaturi nisa jilbsu xalla ma’ rashom għalkemm ma speċifikawx liema tip.

Regola oħra tgħid li fuq it-televiżjoni m’għandhomx jidhru l-partijiet intimi tal-irġiel.

Kummiedji u programmi ta’ divertiment li jinstulaw ir-reliġjon ukoll ma jistgħux jittellgħu.

Films barranin li jippromwovu valuri differenti wkoll mhux permessi mit-Talibani.