Barranin
It-Talibani se jħallu tfajliet jistudjaw fl-università … imma b’għalliema nisa

It-Talibani se jħallu lit-tfajliet u nisa jistudjaw fl-universitajiet tal-Afganistan taħt numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li jkunu segregati mill-istudenti ġuvintur u li jgħallmuhom għalliema nisa.

Il-ministru l-ġdid għall-edukazzjoni, Abdul Baqi Haqqani, qal li huma ma jridux li jreġġgħu l-arloġġ lura 20 meta kienu fil-poter qabel invadew l-Afganistan it-truppi Amerikani.

“Grazzi għal Alla għandna numru kbir ta’ għalliema nisa. Mhux se jkollna problema minn dan il-lat”, huwa ddikjara waqt li fl-istess ħin qal li se jagħmlu kull sforz biex isibu għalliema nisa li jgħallmu.

Haqqani żied li jekk ma jinstabux biżżejjed għalliema nisa se jkunu permessi għalliema rġiel u fil-klassi l-istudenti tfajliet mhux biss iridu jilbsu l-hijab imma anke jkunu mifrudin minn dawk ġuvintur b’purtiera.