COVID-19
It-tarbija mwielda f’Malta minn omm bil-Covid-19 hija ħielsa mill-virus

Tarbija li twieldet f’Malta minn omm li kienet pożittiva għall-Covid-19, ittestjat negattiva għall-virus. Dan qalu fuq il-midja soċjali t-Tabib Frank Portelli, li jumejn ilu tilef lil oħtu li kienet tgħix fir-Renju Unit, kawża tal-Covid-19.

Dan jikkonferma dak li kienu diġà qalu l-professjonisti tas-saħħa; li t-tarbija fil-ġuf ma jidhirx li tista’ tiġi infettata bil-virus tal-omm, u l-perikli għat-tarbija huma iktar marbuta mad-deni għoli li jista’ jkollha l-omm.

Fil-jiem li għaddew l-awtoritajiet tas-saħħa spjegaw li f’każ fejn l-omm ikollha l-Covid-19, malli titwieled it-tarbija tiġi sseparata minn ommha ħalli jkun evitat ir-riskju li din tieħu l-virus.

Ara wkoll:

ARA: Għaliex id-deni għoli tal-Coronavirus perikoluż għat-trabi fil-ġuf?