Politika
It-taxxa, l-età tal-irtirar u t-traffiku fost ir-rakkomandazzjonijiet tal-KE għal Malta

Il-Kummissjoni Ewropea qed tħeġġeġ lil Malta tindirizza xi sfidi jew riskji li għandha fl-ekonomija, fosthom fis-sistema tat-taxxa, l-età tal-irtirar u l-konġestjoni tat-traffiku.

Fir-rakkomandazzjonijiet għal kull stat-membru, il-Kummissjoni qalet li wara kważi għaxar snin, Spanja tista’ toħroġ mill-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, waqt li se tibqa’ tagħmel moniteraġġ fuq 12-il pajjiż li għandhom defiċit jew dejn eċċessiv, fosthom l-Italja.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel tliet rakkomondazzjonijiet speċifiċi għal Malta, bil-għan li l-ekonomija Maltija tilqa’ għall-isfidi li għandha jew jista’ jkollha fil-ġejjieni.

Fl-ewwel rakkomandazzjoni terġa’ tħeġġeġ lill-awtoritajiet Maltin biex jassiguraw is-sostenibbiltà fiskali tas-sistema tas-saħħa u l-pensjonijiet. Il-Kummissjoni qalet li fl-isfond tal-fatt li l-Maltin qed jgħixu aktar fit-tul, jeħtieġ ikun hemm aktar restrizzjonijiet għall-irtirar kmieni mix-xogħol u li tiġi riveduta l-età tal-irtirar.

It-tieni suġġeriment hu relatat mas-sistema tat-taxxi, il-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u l-indipendenza tal-ġudikatura. Il-Kummissjoni Ewropea qed targumenta li s-sistema tat-taxxa tista’ qed tiffaċilità ppjannar aggressiv tat-taxxa minn xi individwi jew kumpaniji multi-nazzjonali biex jiskartaw it-taxxa.

Waqt li l-Kummissjoni rrikokkonoxiet il-progress fl-infurzar kontra l-ħasil ta’ flus, sejħet għat-tisħiħ tal-qafas eżistenti tat-taxxa u biex isiru sforz akbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Fir-rigward tal-ġudikatura, il-Kummissjoni sejħet għal salvagwardji fil-ħatriet u t-tneħħija tal-membri tal-ġudikatura, u biex jitwaqqaf servizz separat għall-prosekuzzjoni.

It-tielet rakkomandazzjoni hi relatata mal-politika ekonomika u l-investiment, bil-Kummissjoni tħeġġeġ lill-gvern biex din is-sena u s-sena d-dieħla jiffoka aktar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali, l-enerġija aktar effiċjenti, trasport sostenibbli, it-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku, u sistema tal-edukazzjoni aktar inklussiva.

Fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi l-oħrajn, il-Kummissjoni rrakkomandat li tingħalaq il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv fil-konfront ta’ Spanja waqt li kkonfermat id-dejn eċċessiv tal-Italja li bih qed tirriskja li fil-ġimgħat li ġejjin tidħol fl-istess proċedura. Iż-żewġ pajjiżi l-oħrajn bi żbilanċ eċċessiv huma Ċipru u l-Greċja.

Il-Kummissjoni waqt li appellat lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex japprova dawn ir-rakkomondazzjonijiet, qalet li l-istess rakkomandazzjonijiet se jservu bħala bażi analitika fin-negozjati għall-budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2021-2027.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

F’park tal-annimali fl-Imtaħleb is-sidien Christopher Borg u Oksana qisha twieldet tarbija ġdida fil-park, din id-darba l-ewwel ferħ tal-koppja orsijiet Yoggi u Paddy. Yoggi li hija l-ors femminili u Paddy li…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J Scicluna qal li Malta għandha bżonn is-solidarjetà ta’ kulħadd. L-isqfijiet Maltin qed jattendu konferenza f’Bari dwar l-immigrazzjoni u l-paċi fil-mediterran. F’intervista qabel il-konferenza, l-Arċisqof Scicluna qal li…

Unjoni Ewropea

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jfisser mas-sittin biljun ewro inqas fil-Budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea li jkopri s-seba’ snin li ġejjin. Il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel qed jipproponi li…

Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Aktar