Knisja Maltija
It-tbatija fi statwa ġdida ta’ Ġesù marbut fil-Fontana

Jekk hemm aspett li jispikka fuq oħrajn fil-ġrajja tal-mewt ta’ Ġesà hi t-tbatija. Il-knisja parrokkjali tal-Fontana, f’Għawdex, għandha statwa ġdida li tirrappreżenta mument partikulari ta’ tbatija: il-flaġellazzjoni, b’Ġesù marbut ma’ kolonna. Din saret bil-ħsieb li tqarreb aktar lill-parruċċani mat-tbatija.

Il-flaġellazzjoni ta’ Kristu ma’ kolonna ġie rrappreżentat fi statwa ġdida mill-artist żagħżugħ Għawdxi Michael Cutajar Zahra, f’xogħol fil-kartapesta kkummissjonat lilu mill-parroċċa tal-Fontana, f’Għawdex. Din hi t-tieni statwa tal-artist għall-Knisja tal-Fontana, wara li sentejn ilu ħadem x-xbieha tar-Redentur. Jistqarr iżda li x-xbieha ta’ Ġesù marbut offrietlu sfida partikulari minħabba li ried jaħdem fuq l-anatomija.

“Fejn tidħol anatomija, kienet l-ewwel biċċa xogħol tiegħi. Kienet challenging ħafna għax trid toqgħod attent ħafna għall-qisien. L-anatomija trid tkun ħafna realistiku, trid iżżomm dik il-pożizzjoni, kuluri, jidħlu ħafna rqaqat li trid toqgħod ħafna attent għalihom.”

Għall-Kappillan, Dun John Muscat, din ix-xbieha artistika qed tesprimi t-tbatija ta’ Kristu, qabel ma beda t-triq tas-salib, tbatija ta’ persuna li tissieħeb mat-tbatija ta’ żmienna.

“Hekk ukoll aħna, fit-tbaitjiet tagħna, dawn ix-xbihat jistgħu jgħinuna biex naċċettaw ir-rieda ta’ Alla u naċċettaw it-tbatija, li għandhom sens, għax nafu li wara din it-tbatija hemm ħajja oħra.”

L-istatwa ta’ Ġesù marbut mal-kolonna ħarġet proċessjonalment fit-toroq tar-raħal tal-Fontana, f’Ħadd il-Palm filgħaxija, flimkien mal-istatwa tar-Redentur. Il-parroċċa tal-Fontana ilha mwaqqfa ftit aktar minn mitt sena u għandha madwar 1,100 resident.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar