Lokali
It-tbatija fil-faqar u l-gwerra espressi fi ktieb ġdid tal-poeżiji

Il-Professur Carmel Borg magħruf fil-qasam tal-edukazzjoni, għall-ewwel darba ħareġ xogħol poetiku mnebbaħ mill-politika. Il-Professur Borg li għandu għal qalbu l-ġustizzja soċjali qal lil TVM li jittama li b’din il-ġabra ta’ poeżiji politiċi jkun jista’ jikkomunika ma’ firxa wiesgħa ta’ nies.

Il-Professur Carmel Borg li qabel kien Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni u li sal-lum għadu jagħti lectures fl-Università ta’ Malta għadu kif wettaq ħolma kbira li kellu li joħroġ ktieb bl-isem ta’ ‘Poleżija-Versi Politiċi’ b’ġabra ta’ dawk li jissejħu poleżiji, jiġifieri poeżiji li jkollhom laqta politika, b’riflessjonijiet varji ta’ realtajiet tad-dinja tal-ġurnata. Dan il-ktieb b’dehra unika ħafna, għax huwa maħdum bl-idejn, bi stil anki oriġinali tal-mod kif ġew stampati l-poleziji.

Prof Carmel Borg qal li “din kienet opportunità għalija biex nitlaq mill-akkademdika u nimraħ fl-espressjoni libera tal-poeżija, ili niktibhom 3 snin”.

Il-ktieb ‘Poleżija-Versi Politiċi’ jidħol f’diversi temi li naraw fl-aħbarijiet tal-ġurnata, bil-kittieb, il-Professur Carmel Borg jikteb versi qosra li jġiegħluk taħseb fuq il-ġustizzja soċjali, fosthom fuq il-faqar, fuq in-nies li jbatu l-jasar tal-gwerra bħal fis-Sirja, fuq nies li jisfaw sfruttati minħabba l-vulnerabilità tagħhom, nies li jbatu minħabba diżastri naturali u temi oħra li ngħixuhom ta’ kuljum għax insegwuhom, jew naqraw dwarhom.

Prof Carmel Borg qal li “dawn huma poeżiji li ma jitkellmux dwar il-fjuri, jew sema ikħal imma dwar ġrajjiet kurrenti li jiġru madwarna, b’kollox hemm 170, dwar l-aġenda tiegħi personali ta’ ġustizzja soċjali”.

Il-Professur Borg qal li wara 30sena jaħdem fil-qasam tal-edukazzjoni ħass li għandu jimxi wara l-ħolma tiegħu, bit-tama li l-poeżiji tiegħu jmissu l-qlub u jġiegħlu lill-bniedem jaħseb.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar