Lokali
It-tbegħid mid-dieta Mediterranja qed iwassalna għal mard u skumdità fl-imsaren

L-imsaren fiż-żaqq mhux biss igergru iżda wkoll jikkawżaw skumditajiet kbar għal persuni li jbatu bl-Inflammatory Bowel Disease. Huwa stmat li f’Malta hawn mal-1,500 persuna li għandhom Chron’s jew Colitis, li huma żewġ kategoriji ewlenin tal-IBD.

TVM tkellem ma’ Josef Busuttil, wieħed mill-fundaturi tal-Assoċazzjoni Maltija tal-Crohn’s u Colitis u li hu wkoll għandu IBD.

Tmintax-il sena ilu, Josef Busuttil sar jaf li għandu l-IBD, jiġifieri Inflammatory Bowel Disease. Il-marda taffettwa l-imsaren, s’issa m’hawnx kura għaliha u għalhekk il-pazjenti jkollhom jaddattaw ħajjithom għaliha. Is-sintomi tal-IBD ivarjaw minn persuna għall-oħra. Jinkludu fost oħrajn uġigħ u għejja.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Chron’s and Colitis, Josef Busuttil  qal “ikollok ħafna episodji fejn inti tgħix ħajja normalissima, ma jkollokx sintomi xejn però jiġi żmien jew xi waqtiet li jkollok dik li tissejjaħ flare up u allura jkollok bżonn tuża’ l-bathroom bil-konsegwenza li ma tistax tkompli b’ħajtek normali kif normalment wieħed isegwi.”

Is-Sur Busuttil hu wieħed mill-fundaturi tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Chron’s and Colitis, li twaqqfet għaxar snin ilu bil-għan li tkattar l-għarfien dwar il-mard u l-ħtiġijiet tal-pazjenti.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Crohn’s and Colitis, Josef Busuttil “l-adulti importanti ħafna li jifhmuna, speċjalment fuq il-post tax-xogħol. Mhux vera jien qed niskarta għax għandi bżonn imur il-bathroom spiss pereżempju. Irid ikollna kompassjoni, nipprovaw nifhmuhom speċjalment lit-tfal u t-toilets tal-iskola kemm hu importanti li jkunu nodfa.”

Il-Professur Giuseppe Magazzù, li indirizza seminar organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Chron’s and Colitis, spjega li mill-bidu tal-millenju hu stmat li l-IBD fit-tfal irduppjat.

Prof. Giuseppe Magazzù qal “the change in microbioma is induced by the diet. For this reason for example in children the diet is the main stray of treatment and perhaps we can say that just in the middle of the Mediterranean we are observing the paradox that some countries such as Malta, Sicily and Italy have now the highest incidence of this disease compared to the number to North Europe, North America and Australia.”

Il-Professur Magazzù qal li l-inċidenza tal-IBD fil-pajjiżi tal-Mediterran żdiedet minħabba li qed nitbiegħdu mid-dieta Mediterranja.