Kultura
It-teatru jfakkar lill-parrukkier li xerred demmu fis-7 ta’ Ġunju

Fil-Villa Schinas, f’Tas-Sliema, grupp ta’ żgħażagħ Slimiżi għaddejjin bit-tħejjijiet għad-dramm Demm il-Parrucchier, produzzjoni teatrali li ser tfakkar lil Manwel Attard, wieħed mill-vittmi tal-irvellijiet li seħħew fis-7 ta’ Ġunju, ta’ mitt sena ilu.

L-awtur tad-dramm, Tony Terribile, qal li Manwel Aattard kien parrukkier, f’Tas-Sliema u kien wieħed mill-erba’ vittmi Malti li mietu fl-irvellijiet kontra l-għoli fil-prezz tal-ħobż.

“Sparawlu fi Strada Forni, quddiem Cassar Torregiani – familja li kienet involuta fl-irvellijiet. Kienu importaturi tal-qamħ u l-poplu min kien iwaħħal fl-Ingliżi, min kien iwaħħal fl-importaturi tal-qamħ, però l-poplu kien irrabjat u għamel dak li għamel. u eżattament hemmhekk, Manwel Attard inqatel.”

Il-karattru li ser jinterpreta l-parti ta’ Manwel, Kyle Portelli, qal li din il-produzzjoni titfa’ dawl fuq il-patrijottiżmu tal-Maltin.

“Forsi veru li Manwel Attard ma riedx imur biex jiġi maqtul għax mhix dik kienet l-intenzjoni tiegħu, imma għandna bil-miktub li ried imur għal dik il-protesta.”

F’din il-produzzjoni, apparti s-sehem taż-żgħażagħ ser ikollha atturi stabbiliti – fosthom Sandro Vella li ser jinterpreta l-karattru tas-Sur John – rappreżentazzjoni tal-Maltin li kellhom simpatija mal-Ingliżi.

“Joqgħod idur ma’ Malta kollha iżda jmur f’postijiet relatati mal-Ingliżi, pereżempju l-Barrakka ta’ Fuq. Imur il-Ġnien Milorda għax huwa ġnien imsemmi għall-attriċi Ingliża Julia Lockwood”.

Id-Direttur tal-Produzzjoni, Joshua Grogan Dalli, qal li l-produzzjoni, li ser issir fit-Teatru Salesjan ix-xahar d-diehel se tagħti stampa tal-ħajja tal-maltin mitt sena ilu.

“Waħda mix-xeni hija in-nisa qed jitkellmu minn żewġ gallarijiet. Barra li qed jitkellmu bejniethom qed jippruvaw isemmgħu lil min għaddej fit-triq.”

Il-ġrajja tas-sette Guigno ser ikomplu jitfakkru fil-wirja ‘Culhat al Belt’ li ser issir minn Heritage Malta fil-Mużew tal-Arkeoloġija. Il-wirja ser ikollha  dokumenti storiċi u tifkiriet ta’ dawk il-grajjiet. Fl-aħħar tliet xhur il-wirja kienet fil-binja tal-Parlament.

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar