Lokali
It-Teatru Manoel jikseb numru ta’ strumenti Barokki rari u ta’ valur

It-Teatru Manoel akkwista b’donazzjoni għadd ta’ strumenti rari u imprezzabbli li wħud minnhom nbnew mit-tabib Dr. George Debono. Id-direttur artistiku tat-teatru Manoel u tal-festival internazzjonali tal-Barokk, Kenneth Zammit Tabona, li jiġi n-neputi ta’ Dr. Debono qal li zijuh kellu kapaċitajiet tekniċi straordinarji li kien iħobb iżewwaqhom mal-passjoni għall-mużika Barokka, b’mod partikolari għall-kompożitur Bach.

“Imma l-mod tiegħu biex japprezza l-mużika kienet biex jagħmel strumenti, l-ewwel strument li għamel niftakar kien fin-1971,72, kien guitar li kien collapsable li kien iddisinjha hu biex tidħol fil-bagalja”.

Il-kollezzjoni tal-istrumenti tinkludi żewġ viola da Gambas li huwa strument tal-korda u bl-ark li jindaqq b’mod simili tal-vjolinċell. Dan l-instrument deher għall-ewwel darba fl-Ewropa lejn l-aħħar tas-seklu 15 fejn maż-żmien beda jżid fil-popolarità waqt l-epoki tar-Rinaxximent u l-Barokk.

L-istrumenti jinkludu wkoll il-vjolinċell barokk li huwa akbar mill-vjolinċell tipiku u huwa karatterizzat b’ħoss iżjed baxx flimkien ma’ żewġ klavikordji, strument bil-kordi u bit-tastiera f’forma rettangolari li kien jintuża spiss lejn l-aħħar tal-Medju Evu u matul ir-Rinaxximent, il-Barokk u ż-żmien Klassiku.

It-teatru Manoel akkwista wkoll pjanu tad-ditta Broadwood tal-1888 li se jkun l-ewwel minn dawn l-istrumenti li jintuża waqt kunċerti fit-Teatru Manoel. Il-pjanu gie restawrat minn The Friends of the Manoel.

“U peress li se nagħmlu l-Beethoven anniversary is-sena d-dieħla u l-kommemorazzjoni ta’ Beethoven… għall- ħafna mill-kunċerti se nużaw dan il-pjanu, allura George ħallilna dan il-pjanu wko…ll kien fil-kolezzjoni tiegħu speċjalment għal din l-okkażjoni”.

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici radd ħajr għal din l-għotja li qal li ser tkompli żżid mal-patrimonju imprezzabbli tat-teatru Manoel.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Parlamentari Robert Abela huma ż-żewġ kandidati għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Laburista minflok il-Prim Ministru Joseph Muscat. Ftit wara li ngħalqu n-nomini għal Mexxej…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi sal-lejla. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.  

Aktar