Edukazzjoni
It-teknoloġija għadha ma ħaditx post il-ktieb għal kollox

Minkejja li l-mobiles, tablets, logħob interattiv u l-komputers qed jokkupaw iżjed ħin mill-ħin rikreattiv tat-tfal, awturi, kumpaniji tal-pubblikazzjonijiet u t-tfal infushom li tkellimna magħhom, qalu li l-ktieb għad għandu rwol importanti fis-soċjetà.

Studju li sar sentejn ilu wera li kwart tat-tfal Maltin għandhom bżonn assistenza biex jaqraw bil-Malti, filwaqt li 35 fil-mija jeħtieġu l-għajnuna biex jaqraw bl-Ingliż. U qatt daqs illum ma kien hawn daqstant mezzi li qed jikkompetu biex ikunu s-sorsi ewlenin għad-divertiment u t-tagħlim, biex wieħed jassumi li l-qari tradizzjonali u t-tfal qegħdin jitbiegħdu minn xulxin.

Rappreżentanti ta’ kumpaniji tal-pubblikazzjoni madnankollu isostnu li dan m’huwiex il-każ. Qalu li għad hawn domanda għall-kotba immaġinattivi u li t-tfal Maltin huma għatxana għall-qari. Chris Gruppetta qal li kien hemm evoluzzjoni fis-suġġetti li l-awturi qed jiktbu dwarhom u l-pubblikaturi mhux jibżgħu jieħdu riskji dwar stejjer b’temi kontemporanji.

“Iridu jsibu storja kreddibbli, b’karattri sbieħ, li huma jistgħu jidentifikaw fosi magħhom u b’ malti tajjeb ghax issib kotba b’Malti medjokri li minflok ma t-tfal ikunu iridu jitgħallmu l-malti jgħidu jukkkkk… imma ktieb miktub b’malti kontemporanju u frisk, it tfal narhom iħobbuh,” qal Gruppetta.

L-awtrici Ruth Frendo għażlet li minflok iġġelled it-teknoloġija mal-kotba, żżewwaqhom flimkien billi fil-kotba tagħha tagħmel użu minn teknoloġija innovattiva bħall-apps. Qalet li dawn l-għodda jiftħu orizzonti ġodda billi jagħtu l-ħajja lill-paġni u jixprunaw il-fantasija u l-immaġinazzjoni.

“Li jkollok storja tajba, din hija importanti, u li l-karattri, li permezz tal-karattri, t-tfal jistgħu jimmaġinawhom jew jafuhom jew li jkunu huma stess, jiġifieri jien nemmen ukoll li dejjem għandek titgħallem minbarra l-element ta’ divertiment għandek titgħallem minnhom,” qalet Frendo.

Iżda x’inhuma l-ingredjenti meħtieġa fi storja biex tappella għat-tfal?

“Inħobb naqra ħafna għax tieħdok f’avventura tal-kliem,” qal Gabriel Scerri.

Milan Haluska li jirrappreżenta l-kittieba li jispeċjalizzaw fil-kotba tat-tfal spjega li hemm diversi fatturi anki fid-dehra tal-ktieb li jiffaċilitaw l-qari, kemm jekk għall-skopijiet ta’ studju jew għad-divertiment.

“The book has to look nice, and smell nice as opposed to computers or tv… and it is also nice if it is well done technically meaning that there are good illustrations, and also that it has a story that can last… that can go with kids,” qalet Milan Haluska.

Il-Festival Nazzjonali tal-Kotba huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u qed issir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fl-aħħar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna intebaħ li Malta mhix ippreparata għall-iżvilupp li qed isir u li ġejjin il-problemi fuq il-pajjiż. F’attività politika f’Ta’…

Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Ambjent

Kruċjali għall-ħajja ta’ kulħadd…u għal Malta hu riżorsa prezzjuż daqs id-deheb! Hawnhekk qed nirreferu għall-ilma. Hu stmat li kull persuna f’Malta tuża mal-110 litri ta’ ilma kuljum. Il-pubbliku jista’ jitgħallem…

Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Aktar