Unjoni Ewropea
Daqshekk se tibqa’ ssuq gass mal-pjanċa

It-teknoloġija li tillimita l-veloċità tidher li se tkun obbligatorja għall-vetturi kollha li jinbiegħu fl-Ewropa mill-2022. Dan wara li ntlaħaq ftehim proviżorju dwar regoli ġodda mill-Unjoni Ewropea.

Dan il-ftehim intlaqa’ tajjeb hekk kif mistenni jsalva eluf ta’ ħajjiet. L-għan tal-Unjoni Ewropea fil-fatt hu li ma jkunx hemm aktar imwiet fit-toroq sal-2050.

Il-Kummissarju Ewropew Elzbieta Bienkowska qalet li kull sena, 25,000 persuna jmutu f’inċidenti tat-traffiku madwar l-Ewropa, li l-maġġoranza tagħhom ikunu kkawżati minn żball uman.

Miżuri ta’ sigurtà li ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea jinkludu l-ISA  (intelligent speed assistance), waqfien ta’ emerġenza (emergency braking) u teknoloġija li żżomm il-karozza fil-karreġġjata (lane-keeping technology).

Qed ikun ippjanat li tintuża wkoll sistema ta’ kameras u GPS biex il-karozza tagħraf il-limitu ta’ veloċità f’toroq partikolari. F’dan ir-rigward, iżda, tqajjem tħassib dwar jekk it-teknoloġija attwali hix avvanzata biżżejjed biex is-sistema tkun tista’ taħdem bla problemi.

Din id-deċiżjoni għadha trid tiġi approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill Ewropew.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Pierre Portelli dar għall-mezzi soċjali u kiteb li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina akkumpanja lil Manuel Delia l-Qorti fil-każ li għandu kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista. Dalgħodu fil-qorti kompliet il-kawża li…

Infrastruttura

Il-Kamra tal-Periti f’reazzjoni inizjali għal proposti għar-regoli l-ġodda dwar it-twaqqigħ u l-iskavar qalet li dawn mhumiex aċċettabbli u infurmat lil Periti bil-pożizzjoni tagħha biex tittieħed deċiżjoni dwarhom f’laqgħa ġenerali straordinarja…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura s-Sala San Ġorġ Preca, waħda mill-ewwel swali li ġiet irranġata bħala parti mill-istrateġija ta’ għaxar snin għas-saħħa mentali. Minn għada din…

Lokali

Id-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqfet passiġġier li kellu fuqu €34,220 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier kien sejjer l-Amman. Meta kien mistoqsi minn uffiċjal tad-Dwana dwar kemm kellu flus,…

Aktar