Partit Nazzjonalista
It-tema tal-kampanja tal-PN għall-elezzjonijiet se tkun Flimkien għal Pajjiżna – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali ser ikollha bħala tema “Flimkien għal Pajjiżna”.

F’kollegament bit-telefon fuq NET FM, Dr Delia qal li fil-bidu tal-kampanja, il-Partit se jħares lejn il-problemi fil-pajjiż u dak li qed iweġġa’ lin-nies. Semma’ fost oħrajn dik li sejjaħ l-umiljazzjoni li l-Gvern qed iħalli fiha lill-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali u l-pazjenti fl-isptar Monte Carmeli fosthom minħabba problemi fl-istruttura tal-binja.

Dr Delia qal li l-kampanja mbagħad tidħol f’fażi oħra li fiha l-Partit Nazzjonalista joffri tama u juri li għandu l-enerġija u r-rieda li jagħmel l-affarijiet aħjar u jtejjeb il-ħajja tan-nies. Żied jgħid li se jkun hemm ħaġa waħda nieqsa mill-kampanja tal-Partit Nazzjonalista: il-mibgħeda.

Referenza wkoll mill-Kap Nazzjonalista għall-Ġimgħa Mqaddsa meta qal li jikkalkula li hemm l-involviment attiv ta’ madwar 20,000 persuna fl-attivitajiet varji li jiġu organizzati fil-lokalitajiet. Wera apprezzament għas-sehem ta’ dawn in-nies li qal iżommu ħajja l-identità Maltija, li tgħaqqad il-komunità.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar