Għawdex
It-tender tal-ferry bejn Malta u Għawdex għadu jiġi evalwat minħabba l-oġġezzjonijiet

Fit-taħditiet ma’ rappreżentanti ta’ entitajiet Għawdxin, iddominat it-tema tal-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer, bil-Prim Ministru jgħid li t-tender tal-ferry għadu fil-proċess ta’ evalwazzjoni minħabba li kien hemm xi oġġezzjonijiet; filwaqt li l-Ministru ta’ Għawdex saħaq fuq l-importanza tar-raba’ vapur fil-flotta tal-Gozo Channel.

Mil-laqgħa ħareġ li l-Gozo Channel qed titlob għajnuna finanzjarja mingħand il-gvern ta’ 10 miljun ewro biex ittejjeb is-servizz mogħti lill-eluf li jużaw dan il-mezz ta’ trasport bejn il-gżejjer.

Il-laqgħa tal-kabinett f’Għawdex kellha is-sehem ta’ diversi uffiċjali f’Għaqdiet u kumpaniji Għawdxin.

L-ewwel intervent sar mill-President il-ġdid tal-awtorità għall-iżvilupp reġjonali ta’ Għawdex Michael Grech, li talab lill-ministeri biex jikkomunikaw mal-awtorità qabel jittieħdu id-deċiżjonijiet li jistgħu jolqtu lil Għawdex.

Fost il-kelliema kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina, li qal li l-pandemija ħalliet effetti ħżiena fuq il-kumpanija. Kompla li biex ikopru l-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-vapuri preżenti u s-sistema iktar aġġornata tal-biljetti jeħtieġu investiment ta’ 10 miljun ewro mill-kumpanija, u talab għall-għajnuna mill-istat. Is-Sur Cordina qal li jeħtieġ tittieħed deċizjoni malajr dwar ir-raba’ vapur.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, tkellem dwar l-importanza tal-konnettività f’Għawdex u semma kif iż-żieda tal-vapur Nikolaos mal-flotta tal-Gozo Channel jixhed l-impenn tal-Gvern favur il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.

Wara l-laqgħa tal-kabinett, TVM staqsa lill-Prim Ministru jekk il-Gvern skartax għal kollox l-idea li jkun hemm servizz ta’ fast ferry bejn Għawdex u l-Belt, b’Dr Abela jwieġeb li bħalissa l-awtoritajiet qed jevalwaw il-pass ‘il quddiem wara diversi oġġezzjonijiet li saru f’dan ir-rigward. Żied li għalih l-aktar kruċjali hu li jsir dak li hu meħtieġ.

“Kull tenderer nifhem li għandu l-pożizzjoni tiegħu u kulħadd jixtieq li s-servizz irid joperah hu. Fl-aħħar mill-aħħar hi xewqa tiegħi li jkollna servizz aktar effiċjenti bejn il-gżejjer biex inkabbru l-investiment f’Għawdex… il-mobbiltà u l-aċċessibiltà bejn il-gżejjer hi kruċjali.

Dwar jekk il-cruiseliner terminal f’Għawdex għadux fil-pjani tal-Gvern, Dr Abela indika li din l-idea ma twarrbitx iżda jeħtieġ ikunu indirizzati diffikultajiet relatati mat-titlu tal-art biex dan ikun żviluppat.

“Nemmen li hu proġett sabiħ għall-gżira ta’ Għawdex, fuq kollox għax jiġbed dik in-niċċa ta’ turiżmu li għandna bżonn. Hemm diffikultajiet li jekk mhux se jiġu megħluba anke minn min qed jipproponi l-proġett se jkollok ‘stumbling block’ li nittama li tiġi megħluba.

Il-Prim Ministru ġie mistoqsi mill-ġurnalisti jekk fid-dawl ta’ dak li ħareg dwar l-Electrogas, iħossx li wasal iż-żmien li tinfetaħ inkjesta pubblika minħabba allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u rabtiet bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri. Dr Abela esprima xettiċiżmu għall-mod kif qed titmexxa l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

“Jiddispjaċini li il-mod kif qed issir l-inkjesta pubblika hu esperiment li għandi riservi dwaru dwar kif mhux iżżomm mat-termini mogħtija lilha.”

Dr Abela qal li jemmen li l-każ dwar il-powerstation għandu jkun investigat mill-istituzzjonijiet tradizzjonali u mhux permezz ta’ inkjesta pubblika.

Sadanittant, tista’ ssegwi hawn il-kummenti sħaħ tal-PM għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti:

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru talab li tinħoloq strateġija għal Għawdex

Aħbarijiet Oħra

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal…

Aktar