Barranin
It-terremot f’Kalifornja werwer mijiet ta’ eluf

Fl-Istati Uniti, terremot qawwi heżżeż żoni fin-naħa t’isfel ta’ Kalifornja. It-terremot, l-akbar wieħed fl-aħħar għoxrin sena, ma ħalliex persuni mejta iżda werwer mijiet ta’ eluf u kkawża nirien. F’żewġ żoni ġie dikjarat stat ta’ emerġenza, b’sismikologi jistennew aktar theżżiż fis-sigħat li ġejjin.

Ħadd ma ndarab serjament u ma kinux irrapurati mwiet riżultat ta’ terrorimot li seħħ f’Kalifornja b’qawwa ta’ 7.1 gradi. It-terremot iżda werwer lil kulħadd u ħoloq paniku kbir fost in-nies. It-theżżiż li dam għaddej madwar 6 sekondi kien l-akbar wiehed fl-aħħar 20 sena bl-epiċentru kien f’fond ta’ kważi kilometru qrib il-belt ta’ Ridgecrest, li tinsab mal-240 kilomteru fil-grigal tal-Los Angeles.

Victor Abdullatif, iben sid ta’ negozju qal “that woke him up and suddenly like even a bigger jolt, because this earthquake was longer, but also concluded with a very, very strong jolt that felt like it was going to knock the whole place down. And so he quickly rushed into the store. Luckily again the employees were safe, which is the number one priority in any natural disaster, but the place was in shambles.”

Qal li wara t-terremot inħassu wkoll madwar 11-il theżżiża oħra żgħar.

Victor Abdullatif qal “since I’ve been here, since about 8:20, 8:30, we felt around 10 or 11 aftershocks. So they’ve been coming pretty frequently and each one, they’re still scary because you almost don’t know, is this going to be a full earthquake? You have to kind of have faith that it’s just an aftershock.”

It-terremot isegwi ieħor li sar il-Ġimgħa b’qawwa ta’ 6.4 gradi, b’sismikologi jbassru aktar terremoti għall-jiem li ġejjin. L-iskwadri ta’ salvataġġ jinsabu fuq allert u ssejħu f’diversi postijiet biex jgħinu n-nies f’postijiet fejn ċediet l-art, tkebbsu nirien minħabba ħsarat f’pajpijiet tal-gass u anke fejn iġġarraf xi bini u nqatgħet il-provista tal-elettriku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Barranin

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle kienet viżibbilment emozzjonata waqt intervista mal-ġurnalist Tom Bradby. Hija rringrazzjat lil Bradby talli saqsieha kif inhi l-għaliex qaltlu ftit wisq kienu dawk li ġenwinament staqsew…

Aktar