COVID-19
It-testijiet f’Malta għan-nies li fiequ mill-Covid-19 qed isiru skont il-protokoll

Is-Supertendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu t-testijiet li jikkonfermaw jekk persuna fiqitx jew le mill-Covid-19, skont il-protokoll, li qed issir reviżjoni tiegħu.

Mistoqsija mill-ġurnalisti għalfejn għadhom ikkonfermati mfejqa biss żewġ persuni minn meta bdiet tinfirex il-pandemija f’Malta, Prof Gauci qalet li l-pazjenti xorta waħda jkunu jinsabu f’kundizzjoni medika tajba ħafna, u t-testijiet isiru biss biex ikun determinat jekk dawn ħelsux mill-virus.

Pof Gauci qalet li t-tieni test isir wara li jkun għadda ċertu ammont ta’ żmien, u fil-ġranet li ġejjin tistenna li tkun tista’ tagħti iktar dettalji meta dawn it-testijiet ikunu tlestew.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Fekruna komuni tat-tip Carretta Carretta (loggerhead), li hija meqjusa bħala speċi tal-baħar fil-periklu li tgħib mid-dinja, daħlet tbid fil-bajja tal-Mixquqa. L-ERA flimkien ma’ Ambjent, Nature Trust -FEE Malta u Park…

Kronaka

Ingliż ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn gallarija matul il-lejl li għadda. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħabs l-Antik l-Isla għall-ħabta tas-sagħtejn u għaxra…

Politika

Intemmet wara l-10 p.m. mingħajr ebda kumment lill-media laqgħa minn grupp ta’ madwar 16-il membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Għall-aħħar nofs tal-laqgħa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. Ingħaqad ukoll tard…

Aktar