COVID-19
It-testijiet għal COVID-19 f’Malta – x’ħidma qed issir mix-xjentisti f’Mater Dei?

Tim ta’ xjentisti fl-Isptar Mater Dei qed jiltaqgħu mal-Covid-19 kuljum. Ma jarawhx, iżda permezz tal-apparat li għandhom fil-laboratorju, iħossu l-preżenza tiegħu.

Il-programm Ras imb ras li jixxandar illejla tkellem ma’ waħda mix-xjentisti dwar il-proċess tat-testijiet li qed isiru.

Fi spazju ta’ ftit ġranet, ix-xogħol fil-laboratorju tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei żdied ħafna tant li hekk kif għall-bidu kienu qed isiru medja ta’ 300 test kuljum għall-coronavirus, dawn issa telgħu għal kważi 500.

Stephanie Meli, mill-Assoċjazzjoni Maltija tax-Xjentisti Biomediċi qalet ”il-virus ma tistax tarah u lanqas bil-maġġoranza tal-mikroskopji li għandna fil-laboratorji.”

Għaldaqstant hija meħtieġa sistema tant sensittiva li kapaċi taqbad il-Covid-19 anki meta l-pazjent ikun għadu lanqas induna li qiegħed fuqu.

”Ammont żgħir tal-genetic code se jiġi amplifikat għal ammont akbar biex bħala xjentisti l-magni tagħna jkunu jistgħu jaqbdu dan il-virus li nkun kabbart biex tkun taf jekk hux preżenti fil-kampjun li tieħu.”

It-test huwa wieħed elaborat u jieħu l-ħin.

”Bħala 50 tests int għandek medja ta’ 5 sigħat … qed ninkludi kollox. La darba li riżultat ikun lest…barra minn hekk, imbagħad ix-xjentist jawtorizza u jibgħat ir-riżultat lit-tabib li jkun ordnah, CEO tal-Isptar u tas-Saħħa Pubblika.”

Iċ-ċifri li qed jitħabbru waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, ta’ kemm-il test ikun sar u ta’ kemm ikunu nstabu pożittivi, qed joħorġu minn dan il-laboratorju.

”Qabel fil-ġurnata konna nagħmlu 3 runs. Issa għandna 4 runs. Waħda fid-9am, oħra, fis-1pm, fil-5pm u l-aħħar fid-9pm. L-ahhar reporting ta’ riżultati jsir fis-2am.”

”Ħafna drabi ahna li nkunu qed nirrappurtaw tal-ġurnata ta’ qabel. Tal-four shifts tal-ġurnata ta’ qabel. Jekk presser issir ftit aktar tard ġieli jinqabdu l-counts tad-9am ukoll.”

Stephanie Meli spjegat l-importanza tal-kunfidenzjalità fix-xogħol tax-xjentisti f’dawn il-laboratorji.

”Bħala data protection u kull ħaġa oħra aħna nirċievu sample, ikun id’d għax irridu imorru lura imma ngħaddu informazzjoni biss lill-awtorità tas-saħħa li jagħmlu follow-ups mal-pazjent partikolari.”

Malta hija fost l-aktar pajjiżi li qed jagħmlu testijiet għall-coronavirus.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Għall-ħabta tas-7.00pm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bdiet laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista msejħa mill-kap tal-partit Adrian Delia. Dan wara li l-Ħadd li għadda l-gazzetta The Sunday Times irrappurtat messaġġi bejnu u…

Kronaka

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku wara li tfajla ta’ 15-il ġiet rappurtata nieqsa. Il-Pulizija qalet li Luana Borg dehret l-aħħar il-Ġimgħa li għadda għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija. L-aħħar li dehret…

Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Politika

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-ftehim fuq l-isptarijiet ma’ Vitals ippubblikat illum jindika tħassib serju. F’dikjarazzjoni fuq il-midja soċjali, id-Deputat Prim…

Aktar