Barranin
It-tfajla li ngħaqdet mal-Istat Iżlamiku titlef iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u qed tikkunsidra li tikkontesta din id-deċiżjoni b’kull mezz legali possibbli.

Hu rrappurtat li ċ-ċittadinanza Ingliża tat-tfajla ta’ dsatax-il sena setgħet titneħħa minħabba li hija eleġibbli li tikseb iċ-ċittadinanza ta’ pajjiż ieħor.

It-tfajla, li ħalliet Londra fl-2015, qalet li riedet tmur lura d-dar. Hija nstabet f’kamp tar-refuġjati fis-Sirja l-ġimgħa li għaddiet fejn weldet lil binha fi tmiem il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel li tela’ mat-Torri Eiffel fi Franza llum waranofsinhar ħoloq paniku sħiħ, hekk kif it-torri nnifsu kellu jiġi evakwat u t-toroq tal-madwar ingħalqu. Qed jingħad li r-raġel daħal fit-torri b’mod…

Barranin

Il-President il-ġdid tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, ħabbar elezzjoni Parlamentari bikrija waqt iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tiegħu. Fiċ-ċerimonja f’Kiev, il-President Zelensky qal li qed ixolji l-Parlament. Qal li l-prijorità ewlenija tiegħu hija li…

Barranin

Tfajla ta’ 19-il sena fl-Italja qed tinżamm arrestata wara li qatlet lil missierha ta’ 41 sena, li kellu storja twila ta’ vjolenza domestika. Il-qtil possibilment se jitqies bħala wieħed ta’…

Barranin

Ħafna mix-xorb mimli biz-zokkor ma tantx għandhom xi valur nutrittiv u fihom ħafna kaloriji.  Għaldaqstant għandhom effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem. Studju ġdid juri r-rabta li teżisti bejn ix-xorb mimli…

Aktar