Barranin
It-tfajliet jingħataw kwarta iktar mill-ġuvintur fl-eżami

Fl-Università ta’ Oxford, waħda mill-iktar universitajiet rinomati fid-dinja, spiċċat fl-aħbarijiet minħabba li fl-eżami tal-matematika l-istudenti nisa jingħataw bonus ta’ 15-il minuta fuq il-ġuvintur.

Dan minħabba li l-livell statistiku tan-nisa huwa iktar baxx minn tal-irġiel tant li hemm differenza ta’ 10% bejn ir-rata ta’ suċċess tal-gradwati.  Jirriżulta li 39% tal-istudenti li jiggradwaw huma nisa filwaqt li 49% huma studenti rġiel.

Fl-isfont ta’ dan kollu hemm l-isterjotip tas-sessi li jiżviluppa fl-età tal-adoloxxenza u li jbiegħed lit-tfajliet mid-dixxiplini u s-suġġetti xjentifiċi.  Infatti f’ħafna pajjiżi għadha teżisti l-problema li hawn iktar gradwati rġiel fix-xjenza iktar milli nisa.

Għalkemm diskutibbli, il-konċessjoni ta’ 15-il minuta iktar ħin għall-istudenti tfajliet mill-Università ta’ Oxford qed issir fl-ispirtu biex fid-dinja tax-xogħol ikun hawn rappreżentanza aħjar ta’ nisa f’impjiegi b’ħiliet xjentifiċi jew teknoloġiċi.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tħabbret il-mewt ta’ Stan Lee, ko-kreatur tal-Marvel Comics, fl-età ta’ 95 sena. Stan Lee hu l-kittieb u editur li kien wieħed mill-imħuħ wara karattri ta’ Marvel Comics bħal Spider-Man u X-Men. Lee,…

Barranin

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn…

Awstralja

Fl-Awstralja, qorti semgħet li mara li kienet akkużata li poġġiet labar tal-ħjata fil-frawli, għamlet dan minħabba li kienet motivata minn dispett. Ut Trinh, ta’ 50 sena kienet arrestata l-Ħadd wara…

Kurżitajiet

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom…

Aktar