Tfal
It-tfal barranin f’Malta – mil-liema pajjiżi ġejjin l-iktar?

Fis-sena skolastika 2017-2018 kien hemm total ta’ 63,182 tifel u tifla fl-iskejjel ta’ Malta, li 6,600 minnhom (10%) kienu barranin.

Dan ħareġ minn rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li fil-Jum Dinji għat-Tfal evalwa l-qagħda ekonomika tal-persuni minn 17-il sena ‘l isfel li kienu qed jgħixu f’Malta matul is-sena li għaddiet.

Il-pajjiżi li minnhom l-iktar li ġew tfal kienu mill-Italja (964), ir-Renju Unit (842) u l-Libja (591). L-ikbar ammont ta’ tfal barranin kienu fl-iskejjel tal-istat (61%), segwiti b’dawk tal-knisja (27%) u indipendenti (12%).

L-istess rapport innota li skont statistika tal-EU-SILC, fl-2018 kien hemm 23% ta’ persuni minn 17-il sena ’l isfel li kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Dan huwa 4% ogħla mill-kumplament tal-popolazzjoni.

Sadanittant, fi stqarrija l-Gvern qal li din ir-rata hija 9% inqas milli kienet fl-2013. Qal li sitt snin ilu r-rata ta’ tfal f’dan ir-riskju kienet ta’ 32%, li hija l-ogħla waħda sa mill-2005.

Il-Gvern żied jgħid li fl-2013, wieħed minn kull tlett itfal kien jgħix fil-faqar, iżda dan illum naqas għal wieħed minn kważi kull ħamest itfal.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar