Unjoni Ewropea
It-tfal fi żmien il-kriżi tal-COVID-19

Il-pandemija tal-COVID-19 hija traġedja umana ta’ proporzjonijiet enormi. Ħafna drabi nisimgħu li dan huwa mard li ma jiddiskriminax, iżda fil-prattika, mhuwiex hekk tassew. Anzi, bil-maqlub: gruppi vulnerabbli — pereżempju l-anzjani, min m’għandux saqaf taħt rasu jew in-nies b’ċertu kundizzjonijiet tas-saħħa— huma f’riskju akbar, bħalma huma n-nisa, li jiffurmaw għadd sproporzjonat ta’ ħaddiema essenzjali, u dawk li jaħdmu fis-settur tal-kura f’kuntatt dirett mal-virus.

It-tfal intlaqtu ħafna mill-miżuri meħuda kontra t-tixrid tal-marda. Għalhekk, hekk kif qed infasslu lpjanijiet ta’ rkupru tagħna, irridu niżguraw li t-tfal ma jsirux vittmi silenzjużi ta’ din il-kriżi, u dan billi nqisu l-ħtiġijiet u d-drittijiet tagħhom, u nagħtu widen xieraq lil dak li jgħidulna u lit-tħassib tagħhom.

Skont l-informazzjoni tal-UNICEF, bħalissa hemm madwar biljun u nofs tifel u tifla mad-dinja kollha li mhumiex imorru l-iskola minħabba l-lockdowns u l-kwarantina. It-teknoloġiji l-ġodda għenu biex jingħata appoġġ lit-tagħlim ta’ wliedna u biex nibqgħu konnessi. Madankollu, għall-kuntrarju taladulti, it-tfal jinsabu fi stadju ta’ żvilupp ta’ ħajjithom li matulu l-impatt tal-kriżi huwa ferm akbar. Liskola għandha impatt ħafna akbar fuq it-tfal milli għal adult li ma jkunx qiegħed l-uffiċju għall-istess perjodu ta’ żmien. Ħafna tfal qed jesperjenzaw tbatija emozzjonali minħabba d-distakk fiżiku u linċertezzi dwar il-futur tagħhom. Peress li l-normali ġdid tagħna jaf jeħtieġ li jitkompla t-tagħlim millbogħod, għandu jissaħħaħ l-aċċess ugwali u liberu għall-edukazzjoni diġitali ta’ kwalità u għall-programmar edukattiv pubbliku fuq it-televixin. Mhux l-inqas minħabba li l-bidla għall-edukazzjoni ddar u l-edukazzjoni online kixfet l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-edukazzjoni għal tfal minn familji żvantaġġati, fejn il-ġenituri jew dawk li jindukrawhom mhux dejjem ikunu jistgħu jgħinuhom fixxogħol tad-dar, jew inkella jipprovdulhom aċċess għal tagħmir teknoloġiku jew għall-internet.

Ħafna tfal qed iqattgħu ammont dejjem akbar, u spiss mhux issorveljat, ta’ ħin online, ħaġa li tagħmilhom aktar vulnerabblu għar-riskji tad-dinja diġitali. Irridu niżguraw li t-tfal ikunu mgħammra bl-għodod u bl-għarfien li għandhom bżonn biex ikunu sikuri fuq l-internet. Il-ġenituri u l-għalliema wkoll jeħtieġ li jiġu appoġġati fir-rwoli tagħhom, inkluż fir-rigward ta’ teknoloġiji edukattivi ġodda.

Għal tfal li diġà jgħixu f’kundizzjonijiet soċjoekonomiċi prekarji, l-aċċess għal servizzi ta’ appoġġ u servizzi soċjali ġie limitat aktar, u dan qed jissogra li jwassal għal faqar akbar minħabba li d-dħul talġenituri tagħhom jintlaqat mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi. Il-vjolenza domestika żdiedet, bit-tfal u n-nisa l-aktar milquta. U jseħħ ħafna abbuż wara l-bibien magħluqa u ’l bogħod minn għajn lgħalliema u l-ħaddiema soċjali. Bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE, kull Stat Membru tal-UE issa għandu helpline għat-tfal (116 111 numru Ewropew) u hotline tat-tfal nieqsa (116 000 numru Ewropew).

Illum, aktar minn qatt qabel, huwa kruċjali li dawn is-servizzi jiġu appoġġjati u ffinanzjati, u jkunu aċċessibbli b’mod xieraq għat-tfal kollha fil-bżonn. U jeħtieġ li nipprovdu għajnuna għal kwistjonijiet tas-saħħa tat-tfal — inkluż is-saħħa mentali tagħhom — pereżempju, permezz ta’ appoġġ psikosoċjali, konsulenza, u servizzi soċjali u ta’ protezzjoni. Ħafna tfal li jgħixu fil-kura ma setgħux jaraw lill-familji tagħhom għal ġimgħat sħaħ, jew inkella ntbagħtu lura d-dar għal żmien twil, mingħajr appoġġ xieraq kemm matul kif ukoll wara l-perjodu tat-trażżin. Il-minorenni f’detenzjoni jiffaċċjaw sfidi simili. Il-kriżi qed inħabtu wiċċna magħha tappella għal sforzi biex jiġi żgurat aċċess għal sistemi ta’ ġustizzja li huma adattati għat-tfal u li jkunu reżistenti għall-kriżijiet.

Dan kollu juri għaliex se jkun kruċjali li ninkludu dimensjoni qawwija dwar id-drittijiet tat-tfal fl-isforzi ta’ rkupru u l-pjanijiet ta’ rispons tagħna. It-tiswija tat-tessut soċjali tagħna u t-tħejjija ta’ futur aħjar għat-tfal tagħna u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin huma fil-qalba tal-politika ta’ rkupru tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Mejju. L-għajnuna proposta tagħna hija li nipprovdu appoġġ finanzjarju lil miżuri li jiġġieldu l-faqar fost it-tfal. Il-Kummissjoni se tressaq Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa u Pjan ta’ Azzjoni aġġornat dwar l-Edukazzjoni Diġitali li se jinkludi l-ħiliet diġitali tat-tfal. Il-Kummissjoni se tipproponi wkoll Garanzija Ewropea għat-Tfal fl-2021 biex tiżgura li t-tfal kollha jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi bħas-saħħa u l-edukazzjoni.

Irridu nilħqu lit-tfal u ż-żgħażagħ biex tassew inkunu kapaċi nifhmu r-realtajiet li għaddew minnhom tul din il-pandemija. Dan se jippermettilna nimplimentaw il-politiki t-tajba biex nappoġġjawhom blaħjar mod possibbli. Hekk kif il-Kummissjoni qed taħdem biex tħejji l-Istrateġija komprensiva ġdida tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal li għandha tiġi adottata kmieni fl-2021, se nibbażaw fuq l-esperjenza u l-effetti tal-kriżi ta’ COVID-19, u fuq l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tat-tfal biex jinkludu l-vuċijiet tat-tfal fl-Istrateġija tagħna.

Peress li għadna ma nistgħux nbassru l-impatt fit-tul ta’ din il-kriżi fuq uliedna, jeħtieġ li niżguraw li lpjanijiet ta’ rkupru tagħna jqisu l-ħtiġijiet tagħhom. Meta wieħed jgħid li t-tfal huma l-futur, m’għandniex ninsew inżidu li huma individwi bid-drittijiet tagħhom stess, hawn u issa. Huwa d-dmir tagħna li nipproteġuha — u l-aħjar mod kif dan jista’ jsir huwa billi ninkluduhom fil-ħidma tagħna,
issa u fil-ġejjieni.

Tagħrif miġbur minn:

IrRappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar