Saħħa
It-tfal għandhom jitlaqqmu?

Bosta minna, ta’ tfal żgħar li konna, meta kien imissna nieħdu xi tilqima, żgur li ma konniex nieħdu gost. Il-labbra kienet twerwirna lkoll, ngħiduha kif inhi. U, magħna, il-ġenituri tagħna wkoll, hekk kif ħafna drabi dak li jkun jerġa’ jdurlu u jgħidlek kważi kważi lit-tfal ma nagħtihom xejn.

Madanakollu, it-tilqim, bih u mingħajru xorta?

Iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Patoloġija, Dr Christopher Barbara, qal li jekk wieħed ma jitlaqqamx, ir-riskju li timrad huwa akbar. U, jekk timrad, hemm aktar ċans li joħorġulek xi kumplikazzjonijiet, bħall-infjammazzjoni tal-muskolu tal-qalb.

Is-Sur Barbara qal li t-tilqim illum il-ġurnata huwa ttestjat u għalhekk ġenwin.

Iċ-Chairman żied jgħid li bit-tilqim, jekk toħroġlok il-marda xorta waħda, din toħroġ ħafif ħafna.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Lokali

L-Amministrazzjoni tal-Isptar Monte Carmeli tixtieq tavża lill-pubbliku li qed jittieħdu l-passi preventivi kollha sabiex tiġi assigurata s-sigurtà għar-residenti f’dan l-isptar. Għaldaqstant ittieħdet id-deċiżjoni li b’mod immedjat jitwaqqfu l-viżitaturi f’dan l-isptar….

L-internet huwa lussu li kważi kważi sirna ma ngħaddux mingħajru. Komdu mmens u jekk tużah b’mod għaqli jagħmlilna ħajjitna ferm aktar faċli. Minkejja dan, mhux kulma hemm onlajn huwa tajjeb….

Aktar