COVID-19
“It-tfal ili ma narahom xi erba’ ġimgħat, il-familja kollox għalija!” – is-Sinjura Vella

Fost l-għadd ta’ mistiedna li qalu tagħhom waqt l-aħħar programm ta’ ‘TVAM’ dalgħodu l-Eċċellenza Tiegħu l-President George Vella u s-Sinjura Vella.

Matul diskussjoni msejsa b’mod speċjali fuq il-ġimgħat straordinarji li lkoll għaddejna minnhom, mistoqsija xi jfisser is-sajf għaliha, is-Sinjura Vella qalet li s-soltu hi u Dr Vella jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf peress li hekk kif is-sħana tibda tagħmel tagħha dlonk ilebbtu lejn il-gżira tat-tliet għoljiet bil-għan li jqattgħu ġimgħa għall-kwiet mal-familja kollha qalb il-ġmiel tal-pajsaġġ Għawdxi.

Is-Sinjura Vella stqarret li s-sena l-oħra ma rnexxielhomx iżommu din it-tradizzjoni familjari u li din is-sena frott iċ-ċirkostanzi li ġabet magħha l-imxija tal-pandemija wisq anqas se jkunu jistgħu jitilgħu s’Għawdex flimkien bħalma jħobbu jagħmlu.

Minkejja dan, is-Sinjura Vella qalet li tittama biss li mqar ikunu jistgħu jmorru sa ħdejha n-neputijiet hekk kif uħud minnhom ilha ma tarahom xi erba’ ġimgħat. Fissret, li l-familja hija l-mimmi t’għajnejha.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Mużika

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg għandha biss 12-il sena. Minkejja l-età pjuttost ċkejkna, f’April tas-sena l-oħra Giorgia ttantat xortiha b’kanzunetta oriġinali lil hinn minn xtutna fix-show ‘Britain’s Got Talent’ u f’kemm ili…

COVID-19

Marc Anthony Azzopardi f’isem id-Dipartiment għall-Inġinerija għas-Servizzi Eletroniċi rebaħ il-Premju għat-Teknoloġija Innovattiva b’rispons għall-Covid-19. Warajh ikklassifika David Sciberras f’isem il-kumpanija “Invent 3D”. Huma kienu fost 23 applikanti li daħlu għal dan…

COVID-19

L-Awtoritajiet tas-Saħħa kkonfermaw l-ewwel każ impurtat ta’ Covid-19 f’bosta ġimgħat. tvm.com.mt huwa infurmat li dan il-każ huwa ta’ persuna li ġiet lura Malta f’waħda mit-titjiriet ta’ ripatrijazzjoni li kienu qed…

Aktar