Unjoni Ewropea
It-tfal iressqu l-aspirazzjonijiet tagħhom lill-kandidati tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew

Ħdax-il tifel u tifla ressqu l-aspirazzjonijiet u l-proposti tagħhom lil tlettax-il kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’diskussjoni li saret mill-Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-soċjetà. It-tfal u l-adolexxenti tkellmu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-immigrazzjoni, l-iżvilupp, il-bullying u l-importanza tal-edukazzjoni ċivika u sesswali fost l-oħrajn.

Uħud mill-kandidati prospettivi għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Mejju li ġej x’aktarx kellhom iwieġbu mistoqsijiet pjuttost diffiċli u sensittivi li għamlulhom 11-il tifel u tifla ta’ bejn l-għaxra u s-17 -il sena li bdew jgħarblu min minnhom jista’ jiddefendi bl-aħjar mod id-drittijiet tagħhom fil-Parlament Ewropew.

F’diskussjoni organizzata mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, il-kandidati ġew affaċċjati b’mistoqsijiet dwar l-immigrazzjoni, l-aċċessibiltà għall-kura tas-saħħa, it-tħassib tagħhom dwar l-ambjent, il-bullying u l-uguwaljanza. Tfajla ta’ 17-il sena heġġet lill-kandidati biex jaħdmu għat-tmiem tad-differenza fil-paga bejn l-irġiel u n-nisa.

It-tfal sejħu lill-kandidati jindirizzaw kwistjonijiet imqanqla bħall-iżvilupp, l-użu tal-plastik, il-ħarsien ta’ spazji pubbliċi, inqas karozzi fit-toroq u l-moħqrija fuq l-annimali. Ħeġġew lill-kandidati jgħinuhom jaħsbu b’mod aktar indipendenti u jkun aktar effettiv fir-rispons tagħhom kontra l-bullying speċjalment dak li jsir online. Wieħed mit-tfal insista li t-tfal tal-immigranti għandu jkollhom aċċess ugwali għall-edukazzjoni u d-dritt tal-libertà tar-reliġjon rispettata. It-tfal sejħu għal aktar edukazzjoni ċivika u appellaw lill-partiti jnaqsu l-partiġjaniżmu politiku.

Id-Direttur tal-Fondazzjoni, Dr Ruth Farrugia qalet li hi sfida dejjiema li l-adulti jgħarfu u jifhmu aħjar it-tħassib, l-aspirazzjonijiet u d-drittijiet tat-tfal. Qalet li għalhekk din l-attività kienet opportunità biex id-drittijiet u l-attiviżmu tat-tfal jitpoġġew fuq l-aġenda lokali u Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar