Edukazzjoni
It-tfal juru l-ħiliet artistiċi tagħhom f’wirja wara kompetizzjoni virtwali ‘Be The Artist’ ta’ Heritage Malta

Fil-mużew nazzjonali tal-arti Muża għaddejja wirja wara kompetizzjoni virtwali ‘Be The Artist’ li saret għat-tfal minn Heritage Malta. Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela qalet li waqt il-perjodu ta’ Covid-19, it-tfal użaw il-ħiliet artistiċi tagħhom u qed iservu ta’ ispirazzjoni għal tfal oħrajn.

Waqt il-perjodu ta’ Covid-19, 250 tifel u tifla taħt is-sittax -il sena ħadu sehem f’kompetizzjoni virtwali ‘Be The Artist’ fejn fuq temi storiċi esprimew il-ħiliet artistiċi tagħhom kemm bi tpinġija u anki kreazzjonijiet artistiċi bil-ġebel jew kartun. Waqt li tkellmu fuq ix-xogħol artistiku li ssotomettew it-tfal stqarrew id-diqa tagħhom li minħabba l-pandemija għamlu xhur mifruda minn sħabhom tal-klassi. Qalu iżda li permezz tal-arti, sabu faraġ u anki spazju biex jifirħu ftit bil-kreattività tagħhom.

Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela li żaret il-wirja u tkellmet mat-tfal parteċipanti qalet li waqt il-perjodu diffiċli tal-pandemija, it-tfal permezz tal-kuluri u l-ħiliet ta’ jdejhom ħolqu s-sbuħija bl-arti. Dr Abela ħeġġet lit-tfal u anki lill-ġenituri tagħhom biex ikomplu jimirħu fl-arti li tiżra’ ġid kbir kemm fit-tfal u anki fil-kbar. Il-Ministru għall-Arti u Wirt Nazzjonali, Jose Herrera qal li l-mużew nazzjonali Muża qed jilqa’ fih xogħlijiet tat-tfal, għaliex anki jekk fiċ-ċokon tagħhom għandhom il-ħila li jispiraw lil ħaddieħor.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta Noel Zammit ħabbar li se jerġa’ jibda l-programm tas-sajf tal-Passaport tal-Istudenti ta’ Heritage Malta, li jżid l-aċċessibilità għall-wirt kulturali.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Fl-aħħar snin Malta żviluppat industrija fil-baħar: it-trobbija tat-tonn f’gaġeġ kbar ftit ‘l barra mill-kosta. Industrija li b’mod dirett qed timpjega madwar 300 ħaddiem u aktar minn 1,100 b’mod indirett. Jordan Cutajar…

Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Aktar