Lokali
“It-tfal kienu għalija l-ulied li qatt ma kelli” – eks Kap ta’ Skola

Eks Kap ta’ Skola li ddedikat ħajjitha għall-istudenti tgħid li t-tfal kollha, speċjalment dawk tal-primarja tal-Belt fejn għamlet snin twal tmexxi l-iskola, kienu għaliha l-ulied li qatt ma kellha.

Louisette Pace ddedikat ħajjitha għall-istudenti li tahom kienet responsabbli bħala Kap ta’ Skola. Għal snin twal hi mexxiet l-iSkola Primarja tal-Belt u mbagħad l-iSkola Sekondarja tal-Bniet f’Birkirkara. Illum rtirata u tgħix f’residenza tal-anzjani. Isemmi ta’ spiss is-snin meta kienet kap tal-iskola tal-Belt.

“Because in Valletta I stayed a very long time.”

Tistqarr li t-tfal ta’ din l-iskola baqgħu f’qalbha, mhux biss għax kienet l-ewwel skola tagħha imma anke għall-imħabba li kienet tirċievi mingħandhom. Għall-eks kap tal-iskola, l-istudenti kienu bħal uliedha.

“Allaħares xi ħadd idum ma jiġi jew ma jiġix għax itini rasi kienet. I was bound to them very much especially in an area where it was very difficult, even at the homes so that was worse. For example, I had once a case of a boy who was very very sick but nobody took him anywhere. When he came to my office he just fell on my knees, I had to go with him to the hospital. It was very horrible.”

Tirrakkonta diversi kienu l-istudenti li jfittxu l-għajnuna tagħha.

“There were many of the children who were ready to behave quite well. To come and talk to you about the problems that they had at home.”

Tgħid li kien hemm mumenti meta kellha żżomm id-dixxiplina . . . u mhux l-ewwel darba li qattgħet il-brejk ġewwa mal-istudenti saħansitra għal ġimagħtejn sħaħ.

“They didn’t enjoy the 15 days obviously.”

Louisette Pace tistqarr li għexet għall-istudenti tagħha u l-aktar mument iebes tal-ħajja kien meta rtirat bl-età.