Toroq
It-tħaffir għar-‘roundabout underpass’ fl-Imrieħel jibda l-ġimgħa d-dieħla

Matul il-ġimgħa d-dieħla Infrastructure Malta se tibda t-tħaffir biex issir ’roundabout’ fl-Imrieħel li minn taħtha jgħaddi t-traffiku.

Kien il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, l-Inġinier Fredrick Azzopardi, li ħabbar dan fuq il-media soċjali.

Huwa qal li din l-‘underpass’ għall-roundabout tal-Imrieħel hija ntiża li tnaqqas it-traffiku fl-inħawi u żżid is-sigurtà fit-toroq tal-madwar.

Iż-żona fejn se ssir din ir-’roundabout’ tinsab fil-parti tal-‘bypass’ li ħdejha hemm l-MFSA.