Lokali
It-tieġ isib ruħu fil-karru tar-Re tal-Karnival

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq il-karru tar-Re għall-aħħar ħamsa u għoxrin sena. Ix-xogħol fuqu wasal verament fl-aħħar.

Fadallu biss l-aħħar irtokki l-karru tar-Re tal-Karnival li nhar il-Ġimgħa waranofinshar se jiftaħ l-isfilata fi Pjazza San Ġorġ. Għall-karristi tal-kumpanija Landa, din se tkun il-25 darba li ġew fdati biex jibnu l-karru tar-Re tal-Karnival. Ilhom jaħdmu fuqu minn Awwissu.

“It-tema ta’ din is-sena għamilna tieġ. Għandna r-Re fuq quddiem liebes ta’ suldat li joħroġ bis-servizz u wara, għandna l-għarusa li se jiltaqgħu fil-karru biex jiżżewġu.”

Il-karru tar-Re tal-Karnival fih madwar 9,000 bozza LED. Dominic Mangion spjega li din is-sena ħadmu fuq sistema biex il-movimenti tal-karru ma jisfaxxawx, f’każ li tiżviluppa xi ħsara. “Jekk allaħares qatt ikollok fault quddiem jew wara, jintefa’ dik il-biċċa li tkun marret u ovvjament il-karru jibqa’ mixgħul u jibqa’ għaddej bil-movimenti li tkun għamilt.”

Id-dilettanti tal-Karnival qed jittamaw li t-temp ikun ħanin biex is-sagrifiċċji li għamlu matul is-sena ma jtirux mar-riħ.

“Għandi nies li jiġu mir-Rabat, mill-Belt, minn barra l-Belt, iljieli hawnhekk u ‘l bogħod mill-familja kuljum. Lanqas narahom lil tad-dar. Kuljum hawnhekk. Sagrifiċċji kbar. Ilijieli mqajmin. Naħdmu għal dak li nħobbu. Ngħixu għalih tista’ tgħid.”

Il-karru tar-Re, ikkummissjonat minn Festivals Malta, ma jikkompetix mal-bqija tal-karrijiet. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa u hu mifrux fuq ħamest ijiem.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar