COVID-19
It-tielet pakkett t’għajnuna ppreżentat mill-gvern diskuss fil-Parlament

Il-Parlament il-lejla ddiskuta l-pakkett finanzjarju li ppreżenta l-Gvern biex jgħin lin-negozji u l-ħaddiema jilqgħu għall-effetti tal-kriżi kkawżata mill-Covid 19.

Diversi deputati miż-żewġ naħat tal-kamra għamlu l-interventi tagħhom f’seduta ddedikata kollha għal dan id-dibattitu li fi tmiemu ma tteħidx vot.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-pakkett li qed tagħti Malta huwa proporzjonalment ekwivalenti għal dak li qed toffri l-Ġermanja. Qal li l-Gvern se jwaqqaf kumitat tekniku li jagħrbel l-effett tal-miżuri li qed jolqtu l-aktar setturi kritiċi iżda jikkunsidra setturi oħra fosthom is-self employed.

Il-Professur Scicluna qal li l-ispiża tal-Gvern biex jilqa’ għal din il-kriżi mistennija titla’ sa tmin mitt miljun ewro, b’żieda fin-nefqa ta’ mitt miljun ewro fuq is-saħħa. Huwa qal li l-prodott domestiku gross mistenni jinżel b’10 fil-mija waqt li d-dejn nazzjonali mistenni jitla’ b’ħamsa fil-mija.

Il-kelliem tal-Oppozizzjoni dwar il-finanzi, Mario Demarco, qal li l-gvern ħaseb biss għal 60 elf ħaddiem meta baqa’ 110 elef ħaddiema oħra. Huwa sejjaħ għal reviżjoni tal-imgħax mill-banek fuq is-self. Qal li l-banek u l-gvern għandhom jaħfru l-imgħaxijiet għal perjodu tal-kriżi.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia qal li l-Prim Minsitru qed itejjeb il-pakkett ta’ għajnuna ekonomika wara insistenza li saret mill-Oppożizzjoni. Qal li l-gvern waħdu ma jistax jirbaħ din il-gwerra iżda għandu bżonn is-sehem tal-oppożizzjoni u sħab oħrajn.

Dr Delia staqsa għaliex il-Gvern ma jridx iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u allega li jidher li d-deċizzjoni mhix f’idejh iżda f’idejn l-Electrogas. Hu qal li s-servizz tas-saħħa qed ibati għax żewġ terzi tat-tobba fil-qasam tal-privat naqsilhom id-dħul u żdiedulhom l-ispejjeż.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, semma’ li f’ħafna mill-każijiet il-Gvern qed jagħti sa sittin fil-mija tal-paga medja. Il-Ministru Schembri qal li l-gvern qed jagħti sussidju ta’ 44 miljun ewro fix-xahar fuq pagi sakemm ittul il-kriżi.

Qal li jistenna li anki l-Kap tal-Oppożizzjoni jċedi xahar paga għal fond li twaqqaf bħalma għamel il-Prim Ministru u Ministri tal-Gvern. Qal li l-Oppożizzjoni trid saħansitra li Gvern inaqqas il-paga tal-ħaddiema tiegħu b’20 fil-mija. Qal li l-Gvern qed jalloka elf miljun ewro, filwaqt li Gvern Nazzjonalista kien alloka biss mitt miljun ewro fil-kriżi finanzjarja tal-2009.

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Liquigas Malta qalet li se titlob kjarifiki uffiċjali mingħand il-Ministru għall-Enerġija f’laqgħa li mistennija ssir għada. Il-kumpanija Liguigas qalet li ma ġietx ikkonsultata qabel ma llum ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u…

COVID-19

Dawn l-iżviluppi kollha fil-qasam tas-saħħa minħabba virus wieħed biddlu l-ħajja ta’ kuljum ta’ kulħadd: mit-tfal li għalihom is-sena skolastika u l-attivitajiet li kienu jagħmlu waqfu, il-ħruġ għaż-żgħażagħ spiċċa, affettwat id-dħul…

Barranin

Fl-Italja mument ta’ diqa meta fl-ibliet Taljani mill-Lombardija, l-agħar reġjun milqut mill-Covid 19 sa Sqallija, il-bnadar tniżżlu mezzasta, u l-pajjiż osserva minuta silenzju biex ifakkar iżjed minn mitt elf vittma…

COVID-19

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, sostna li dan mhuwiex żmien tal-‘weekend breaks’, la f’Malta u lanqas f’Għawdex. Waqt konferenza stampa, il-Ministru Camilleri qal li kull passiġġier li jirkeb il-Gozo Channel…

Aktar