It-tieni edizzjoni tal-premju Frans Sammut

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-xogħol nieda t-tieni edizzjoni tal-Premju Frans Sammut. Dan il-premju tfassal bil-għan li jagħti ġieħ l-użu tajjeb tal-lingwa Maltija fl-oqsma kollha tal-ħajja.

Il-Premju huwa maqsum fi tliet kategoriji li jippremjaw l-individwi minn 16-il sena ‘l fuq, lill-entitajiet bħala għaqdiet volontarji, kunsilli lokali u kumpaniji pivati kif ukoll lill-iskejjel.

Is-Sur Ian Mifsud mill-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-Ministeru qed jimpenja ruħu biex l-użu tajjeb tal-lingwa Maltija jinfirex fil-ħidmiet li jwettqu l-individwi u l-entitajiet privati, l-istituzzjonijiet governattivi, il-mezzi tax-xandir u l-iskejjel kemm fil-komunikazzjoni verbali kif ukoll fil-kitba.

In-nominazzjonijiet jintlaqgħu sal-11 ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Arnold Cassola rriżenja minn Alternattiva Demokratika minħabba dawk li fisser bħala “differenzi bejnu u l-Kumitat Eżekuttiv tal- Alternattiva” dwar l-abort. Il-kwistjoni qamet nhar il-Ġimgħa li għadda bil-Professur Cassola jirreaġixxi għal…

Qorti

Ingħata l-libertà proviżjorja ż-żagħżugħ Libjan kunsidrat li kien il-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel Malta jumejn qabel il-Milied tal-2016. Soko Moussa Shaha Ali ilu miżmum arrestat il-ħabs minn dakinhar….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed li gvern nazzjonalista ser jara li Għawdex ikun meqjus bħala gżira reġjun fil-kostituzzjoni biex l-Għawdxin ikollhom il-poter jiddeċiedu fuq il-ħtiġijiet tagħhom. Huwa…

Aktar