Unjoni Ewropea
It-tieni jum tas-summit tal-Kunsill Ewropew dwar ir-relazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani

Jissokta l-Kunsill Ewropew, bid-diskussjoni fit-tieni ġurnata tas-summit ddur fuq ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi Afrikani u l-politika barranija tal-UE, fosthom is-sitwazzjoni tat-Turkija.

Il-Ħamis filgħaxija waqt l-ikla, is-27 mexxej tal-pajjiżi membri tal-UE iddiskutew il-miri għat-tibdil fil-klima. Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qal li kien hemm diskussjoni kostruttiva fuq dik li fi kliemu hi waħda mill-aktar temi importanti għall-Unjoni Ewropea. Madanakollu qal li jridu ikun hemm impenn politiku akbar waqt li jkunu kkunsidratoi l-isfidi tal-apajjiżi individwali. Din it-tema mistennija terġa tkun fuq l-aġenda tas-summit ta’ Diċembru. Il-pajjiżi il-kbar huma favur miri għola għat-tnaqqis fl-emmissjonijiet fl-arja sal-2030, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea, iżda qed isibu oppożizzjoni minn uħud mill-pajjiżi tal-Lvant.

Dwar il-pandemija, il-President Michel qal li s-sitwazzjoni hi “serja u bla preċedent”. Kompla li fil-laqgħa sar progress fejn jidħol l-immaniġjar tal-pandemija, fosthom billi ħadmu biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pejjiżi dwar l-ittestjar u l-intraċċar tal-imxija.