It-tieni titjira kuljum tal-Emirates minn Awwissu

Il-linja tal-ajru Emirates, se tibda sservi lil Malta bit-tieni titjira ta’ kuljum mill-ewwel t’Awwissu. L-ajruplan A330-200 tal-Emirates ser ikun qed itir kuljum fuq titjira skedata bejn Dubaj u Malta b’waqfa qasira f’Larnaka, Ċipru. It-tieni titjira ta’ kuljum hi skedata fuq ajruplan A340-500 minn Dubaj dirett għal Malta, bil-vjaġġ tar-ritorn jinkludi waqfa fi Tripli.

Fi stqarrija l-Emirates qalet li ż-żewġ ajruplani flimkien ser iżidu l-kapaċità ta’ 917 seat fil-ġimgħa lejn kull direzzjoni u żieda ta’ 90 tunnellata f’ġarr ta’ merkanzija lejn kull direzzjoni. Il-vjaġġaturi Maltin ser ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-ġdid l-aċċess ta’ kuljum lejn Larnaka, f’Ċipru, servizz li bħalissa qed jopera erba’ titjiriet fil-ġimgħa.

Minħabba ż-żieda fid-domanda tal-vjaġġaturi minn Tripli, ser jitnieda t-tieni servizz ta’ kuljum minn Awwissu 2014. Dan wara inqas minn sena li kienet introdotta mill-ġdid ir-rotta tal-Emirates lejn Tripli b’waqfa f’Malta f’Settembru li għadda.

Bi flotta ta’ 213 ajruplan, Emirates topera titjiriet minn Dubaj lejn 142 destinazzjoni f’80 pajjiż. 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar