
COVID-19
It-tieni vittma ta’ Coronavirus f’Malta – anzjan ta’ 79 sena
Anzjan ta’ 79 sena tilef ħajtu kawza tal-Coronavirus.
Huwa kien qed jingħata l-kura fl-isptar Karen Grech u kellu diversi kumplikazzjonijiet ta’ saħħa.
L-anzjan ġie ttestjat għal-Covid-19 fis-6 ta’ April wara li żviluppalu d-deni u nstab pożittiv.
L-anzjan miet fl-Isptar Karen Grech matul il-lejl.