Lokali
“It-tifel tagħna mhux tifkira ta’ trawma iżda rigal, mhux hu stuprani, dak ibni” – Jennifer Christie

Iktar minn tliet kwarti ta’ ommijiet ta’ tfal li twieldu wara li ġew stuprati jagħżlu li ma jabortux, skont Jennifer Christie, li hi nnifisha kienet vittma ta’ stupru li għażlet trabbi t-tarbija tagħha bħala waħda mit-tfal tagħha.

Christie qalet: “75-85% ta’ ommijiet ta’ tfal li twieldu wara li ġew stuprati jgħidu le għall-abort fejn għandhom l-għażla. L-istupru mhux l-eċċezzjoni li tiftaħ il-bieb għall-abort. Għalina sempliċi ħafna: il-vjolenza u t-trawma qatt m’għandha tiġi kkurata b’iktar vjolenza u t-trawma. Dak li aħna bħala bnedmin qatt ma jiġi determinat minn kif aħna niġu konċepiti.”

Jennifer u r-raġel tagħha Jeffrey jinsabu Malta biex jieħdu sehem fil-Marċ għall-Ħajja nhar il-Ħadd fit-3.30pm fil-Belt. Il-parteċipanti ser jinġabru fil-pjazza quddiem Kastilja, minn fejn jibdew il-mixja fi Triq Merkanti, Triq il-Ganċ (quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann) u fi Triq ir-Repubblika, u jispiċċaw quddiem il-bini tal-Parlament.

Jinsabu hawn Malta biex jgħidu l-istorja tagħhom li, tafferma Jennifer, mhix unika. “Din mhix storja rari. It-tifel tagħna mhuwiex tifkira ta’ trawma orribbli. Huwa rigal sabiħ; huwa fejqan; mhuwiex tarbija ta’ dak li stuprani; huwa l-iben tagħna. Jien miniex mara li qiegħda tirrakkonta storja waħda, iżda nirrappreżenta l-maġġoranza kbira ta’ ommijiet minn stupru li jsibu ferħ u wens fil-fejqan wara din it-trawma permezz ta’ uliedna.”

Għal Jeff, dak kollu li ġara ma kienx faċli għalih ukoll, iżda kellu jrażżan l-emozjonijiet tiegħu biex ikun il-blata u l-element ta’ kalma għaliha u għall-familja. Jgħid li Jennifer sabet għajnuna minn Save the 1, organizzazzjoni li hi mmexxija min Rebecca Kiesling, li ġiet Malta sentejn ilu għal avveniment ieħor organizzat mill-Fondazzjoni Life Network Malta.

Jennifer għamlet appell ukoll lil membri tal-professjoni medika biex dawn ma jassumux li l-abort hi l-‘għażla’ biex tindirizza l-‘problema’. Ħeġġet lil dawk kollha li jinsabu f’din is-sitwazzjoni biex ifittxu jieħdu parir, li jistgħu jiksbuh f’Malta permezz tal-Fondazzjoni Life Network Malta li toffri numru ta’ servizzi permezz tas-sit tagħhom www.LifeLineMalta.eu.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Stejjer Umani

L-imħabba hi minsuġa fil-karattru ta’ William Saliba. L-altruwiżmu tiegħu jispikka ma’ pazjenti b’mard fil-kliewi. Għamel l-isfida tal-Lifecyle tnax-il darba…iżda fuq kollox kien bħas-Samaritan it-Tajjeb, b’ġest ma’ raġel ieħor meta tah…

Reliġjon

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, it-teatru Orpheum fil-Gżira serva ta’ knisja għall-komunità Kattolika minn Kerala fl-Indja. Fil-Ġimgħa l-Kbira, filgħaxija mal-elf ruħ inġabru għall-adorazzjoni tas-salib. Wara, fit-toroq tal-Gżira u Tas-Sliema, xeni mhux tas-soltu…

Aktar