COVID-19
‘It-tilqim għall-edukaturi u staff tal-iskejjel miexi b’ħeffa’ – L-MUT

L-Unjin tal-Għalliema fi stqarrija iddeskriviet bħala pożittiv il-fatt li t-tilqim għall-edukaturi u l-istaff tal-iskejjel miexi b’ħeffa u li din il-ġimgħa se jkun hemm l-ewwel gruppi li se jieħdu l-vaċċin.

L-MUT fakkret li sa mill-bidu tal-pandemija, hi dejjem ibbażat id-deċiżjoni tagħha skont il-pariri ta’ esperti mediċi lokali u internazzjonali mill-qasam tas-saħħa, u qalet li kien b’dawn il-pariri li waslet biex tieħu azzjonijiet industrijali fil-passat.

L-Unjin qalet li għandha fiduċja sħiħa fl-esperti mediċi li jiddeċiedu liema vaċċin għandu jingħata u lil min, u li jekk ma jkolliex xi parir għal kuntrarju, bħala unjin m’għanda l-ebda pożizzjoni favur jew kontra l-użu ta’ xi wieħed mill-vaċċini. Hi ħeġġet l-edukaturi u l-istaff tagħha sabiex dejjem ikellmu lit-tobba tagħhom biex jingaħtaw parir skont il-każ.