Barranin
It-tilqima tal-Moderna effettiva biżżejjed kontra l-varjanti tal-Covid-19

Il-BBC qed jirrapporta li t-tilqima tal-Moderna hija effettiva biżżejjed kontra l-varjanti tal-Covid li feġġew fir-Renju Unit u fl-Afrika t’Isfel.

Skont studji li saru, jidher li bis-saħħa tal-vaċċin, l-antibodies qed jgħarfu u jiġġieldu anke l-varjanti l-ġodda tal-virus.

Għalkemm il-varjanti tal-Covid-19 huma aktar perikolużi, s’issa jidher li l-vaċċin tal-Moderna huwa biżżejjed effettiv kontrihom.